Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 15 riżultat
EURODAC: bażi tad-data tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni
Il-Eurodac hija bażi tad-data moderna tal-UE li tuża data bijometrika u tal-identità biex ittejjeb l-identifikazzjoni tal-persuni li jfittxu l-ażil u tal-migranti irregolari u tappoġġa l-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni fl-UE.

Sistemi tal-IT għall-ġlieda kontra l-kriminalità u għas-sigurtà tal-fruntieri tal-UE
L-awtoritajiet madwar l-UE jaqsmu informazzjoni permezz ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira biex jipproteġu liċ-ċittadini, jiġġieldu l-kriminalità u jipprovdu sigurtà fil-fruntieri.

Spjegazzjoni taż-żona Schengen
Iż-żona Schengen tippermetti lil aktar minn 450 miljun persuna jivvjaġġaw liberament bejn il-pajjiżi membri mingħajr ma jgħaddu minn kontrolli fil-fruntieri.

Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil
L-UE introduċiet sett ta' regoli biex timmaniġġa l-migrazzjoni b'mod aktar effettiv u tistabbilixxi sistema Ewropea komuni tal-ażil. Din is-sistema tiżgura proċeduri effiċjenti u uniformi, u solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-istati membri.

Il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil
L-UE u l-istati membri tagħha qed jintensifikaw l-isforzi biex jistabbilixxu politika Ewropea effettiva, umanitarja u sikura dwar il-migrazzjoni.

Flussi migratorji: ir-rotot tal-Lvant, Ċentrali u tal-Punent
Kemm jaslu migranti b'mod irregolari fl-UE kull sena u x'inhuma n-nazzjonalitajiet ewlenin tal-migranti irregolari fl-UE? Skopri dan fl-infografika tagħna.

Rispons għall-kriżi tal-migrazzjoni u għal sitwazzjonijiet ta' forza maġġuri
F'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istati membri huma awtorizzati jidderogaw minn ċerti regoli u jitolbu miżuri ta' solidarjetà u appoġġ. Dawn huma speċifikati f'regoli ġodda.

Kif taħdem is-sistema ta' dħul/ħruġ
Is-sistema ta' dħul/ħruġ (EES) imnedija fit-12 ta' Ottubru 2025 tawtomatizza r-reġistrazzjoni fil-fruntieri għaċ-ċittadini mhux tal-UE, tissimplifika l-kontrolli u ssaħħaħ is-sigurtà.
Flussi migratorji fir-rotot tal-Punent
L-UE u l-istati membri tagħha ħadu għadd ta' miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-Punent tal-Mediterran u fir-rotot tal-Afrika tal-Punent.

Data dwar il-passiġġieri
Il-kondiviżjoni tad-data dwar il-passiġġieri hija utli għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ta' kriminalità serja. Id-direttiva dwar ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri għandha l-għan li tirregola t-trasferiment ta' data bażika bħal din mil-linji tal-ajru lill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li r-regolamenti dwar informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri jistabbilixxu regoli għall-ġbir u t-trasferiment ta' data aktar personali lill-awtoritajiet nazzjonali.
