Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
448 riżultat
Unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti
L-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti għandha l-għan li tgħaqqad it-tfaddil mal-investimenti fl-UE biex jinħolqu opportunitajiet finanzjarji għaċ-ċittadini u n-negozji.

Biedja organika
Il-biedja organika tipproduċi l-ikel permezz ta' metodi naturali li għandhom impatt ambjentali limitat. L-UE trid li 25% tal-art agrikola tagħha tkun organika sal-2030 u għandha regoli ċari biex tappoġġa dak l-għan.

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
Id-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

Il-protezzjoni tal-ħaddiema: is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi standards minimi għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u tipproteġi lill-ħaddiema mill-esponiment għal sustanzi perikolużi, bħall-asbestos.

Il-politika tal-UE dwar il-viżi
L-UE stabbiliet politika komuni dwar il-viżi għall-vjaġġaturi li jgħaddu miż-żona Schengen jew li beħsiebhom jibqgħu fiha għal perjodu qasir.

Sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran
L-UE tikkundanna l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, kif ukoll l-attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari tal-Iran u l-appoġġ militari tiegħu għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Adottat għadd ta' sanzjonijiet f'dan ir-rigward.

Il-pożizzjoni tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani
Fil-laqgħat sussegwenti tal-Kunsill Ewropew li saru bejn l-2023 u l-2026, il-mexxejja tal-UE adottaw konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. Il-kontenut tal-paġna jirrifletti l-aħħar konklużjonijiet mill-15 u s-16 ta' Ottubru 2026.

Theddid ibridu
L-UE u l-istati membri tagħha jaħdmu flimkien biex jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jwieġbu għal theddid u kampanji ibridi li jaffettwaw l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha.

Ftehimiet tal-UE dwar il-viża ma' pajjiżi mhux tal-UE
L-UE ssospendiet il-proċedura simplifikata tal-viża għaċ-ċittadini Russi. X'inhuma l-ftehimiet dwar il-viża fis-seħħ bħalissa ma' pajjiżi mhux tal-UE?

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna: sanzjonijiet tal-UE
L-UE imponiet sanzjonijiet massivi u bla preċedent kontra individwi u entitajiet involuti fl-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja.
