"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Sejħiet attwali għall-offerti

Kuntratti b'valur ta' bejn €15 000 u €143 000

Kuntratti għal servizzi legali

Is-Servizz Legali tal-Kunsill huwa l-konsulent legali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Huwa jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-korpi preparatorji tiegħu, lill-presidenza u lis-Segretarjat Ġenerali bil-għan li jiżgura l-legalità tal-atti u l-kwalità tal-abbozzar ta' dawn l-atti. Is-Servizz Legali tal-Kunsill jirrappreżenta wkoll lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill quddiem il-qrati tal-UE u jikkoordina d-difiża ta' dawk l-istituzzjonijiet f'kawżi quddiem il-qrati nazzjonali.

Kultant, is-Servizz Legali tal-Kunsill jirrikorri għal parir legali estern. Pereżempju, ikun irrappreżentat minn avukati esterni f'kawżi quddiem il-qrati nazzjonali u jingħata assistenza minn avukati esterni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'kawżi dwar l-antidumping u, f'ċirkostanzi speċifiċi, anki f'kawżi b'rabta ma' suġġetti oħra, bħal dak tal-miżuri restrittivi. Il-kuntratti għal servizzi legali jkopru wkoll kwistjonijiet ad hoc marbuta ma' liġijiet tal-Belġju jew ma' liġijiet nazzjonali oħra, b'mod partikolari fil-qasam tal-liġi amministrattiva, il-liġi tal-proprjetà immobbli u l-liġi tax-xogħol.

Fl-2025, is-Servizz Legali tal-Kunsill ikkonkluda 14 kuntratt għal servizzi legali b'total ta' €103 720.

Kuntratti b'valur 'il fuq minn €143 000

L-avviżi b'rabta ma' sejħiet għal kuntratti b'valur ta' aktar minn €143 000 jiġu ppubblikati fis-serje S ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu kkonsultati online fil-bażi tad-data TED tal-UE.