Orjentazzjonijiet tal-Kunsill għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE
Orjentazzjonijiet tal-Kunsill għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE
- Il-valuri ta' referenza tat-Trattat ta' 3% tad-defiċit tal-PDG u 60% tad-dejn tal-PDG jibqgħu l-istess.
- L-istati membri għandhom jippreżentaw pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq perjodu medju li jkopru l-politika fiskali, ir-riformi u l-investimenti. Il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu perkors fiskali nazzjonali definit f'termini ta' nfiq primarju nett bħala indikatur operazzjonali uniku.
- Il-pjanijiet nazzjonali għandhom ikunu koerenti ma' trajettorja teknika mill-Kummissjoni, ibbażata fuq metodoloġija komuni.
- It-trajettorja teknika tal-Kummissjoni għandha tiżgura sforz fiskali biex id-dejn jitqiegħed fuq perkors ta' tnaqqis suffiċjenti jew biex jinżamm f'livelli prudenti, filwaqt li tiġi ppreservata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u jiġu promossi r-riformi u l-investiment pubbliku.
- Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jiġu diskussi f'kuntest multilaterali fil-Kunsill abbażi ta' valutazzjoni trasparenti mill-Kummissjoni.
- Id-durata tal-pjan strutturali fiskali fuq perjodu medju jista' jiġi estiż, jekk stat membru jimpenja ruħu għal sett eliġibbli ta' riformi u investimenti.
- Il-proċedura ta' defiċit eċċessiv abbażi ta' ksur tal-kriterju tad-defiċit ta' 3% għandha tibqa' l-istess.
- L-infurzar għandu jsir aktar effettiv peress li huwa mistenni li aktar sjieda nazzjonali għandha tiffaċilita t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar is-sanzjonijiet.
- Il-klawżola liberatorja ġenerali għal xokkijiet kbar għandha tiġi speċifikata biex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-prevedibbiltà. Klawżola liberatorja speċifika għall-pajjiż tista' tippermetti, f'ċirkostanzi definiti b'mod ċar, devjazzjonijiet temporanji mill-perkors ta' aġġustament fiskali.
- Il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku tibqa' ċentrali għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi. Għandha ssir aktar progressiva, tiffoka aktar fuq l-iżbilanċi emerġenti u sserraħ aktar fuq previżjonijiet.