Garanzija Ewropea għat-Tfal: kif l-UE tipproteġi lit-tfal
Garanzija Ewropea għat-Tfal: kif l-UE tipproteġi lit-tfal
L-UE trid tkisser iċ-ċikli tal-faqar u tal-iżvantaġġ minn ġenerazzjoni għal oħra, sabiex it-tfal kollha jirnexxu fil-ħajja.
Nipproteġu t-tfal fil-bżonn
Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal tagħti gwida u għodda lill-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw li kull tifel u tifla fl-Ewropa li huma f'riskju ta' faqar ikollhom aċċess għas-servizzi essenzjali.
1 minn kull 5 itfal (taħt it-18-il sena) fl-UE qed jgħixu f'familji f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali.
Dan jammonta għal kważi 18-il miljun tifel u tifla fil-bżonn.
Tfal li jinsabu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali
(% tal-popolazzjoni fl-età ta' anqas minn 18-il sena, 2019)
Sors tad-data: Eurostat, 2019
Biex jipproteġu lit-tfal il-pajjiżi tal-UE għandhom jiggarantixxu li kull tifel u tifla jkollhom aċċess għal:
- edukazzjoni bikrija u kura b'xejn
- edukazzjoni b'xejn
- kura tas-saħħa b'xejn
- mill-anqas ikla b'xejn tajba għas-saħħa fl-iskola kuljum
It-tfal għandu jkollhom aċċess ukoll għal
- ikel tajjeb għas-saħħa
- akkomodazzjoni adegwata
Inkissru ċ-ċiklu
L-iżvantaġġ u l-esklużjoni soċjali f'età bikrija jħallu impatt fuq il-kapaċità tat-tfal li jirnexxu aktar 'il quddiem. Biex it-tfal kollha jkollhom futur aktar ugwali, huwa essenzjali li nkissru ċ-ċikli ta' faqar u żvantaġġ minn ġenerazzjoni għal oħra.
- It-tfal jikbru fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali
- Dan iwassal għal żvantaġġi fl-edukazzjoni, l-iżvilupp u l-ħiliet
- Jista' jkun li jħallu l-iskola jew ibatu biex isibu xogħol
- Jistgħu jispiċċaw f'qgħad għal żmien twil jew f'xogħol b'paga baxxa
- Dan jerġa' jwassal lilhom u lill-familji tagħhom fil-faqar u l-esklużjoni
Appoġġ maħsub apposta: nagħmlu differenza f'ħajjet kull tifel u tifla
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar il-garanzija għat-tfal maħsuba apposta.
Meta jidentifikaw it-tfal fil-bżonn, għandhom iqisu b'mod partikulari l-ħtiġijiet ta':
- tfal mingħajr dar
- tfal b'diżabbiltà jew bi problemi ta' saħħa mentali
- tfal li ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni jew minoranza etnika (partikolarment ir-Rom)
- tfal f'kura alternattiva (speċjalment istituzzjonali)
- tfal f'sitwazzjonijiet prekarji tal-familja
Ninvestu fil-futur tat-tfal
Biex ebda tifel jew tifla ma jaqa' jew taqa' lura, il-pajjiżi tal-UE għandhom:
- jallokaw riżorsi adegwati mill-fondi nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
- jużaw REACT-EU, InvestEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fejn xieraq
Għall-aktar pajjiżi milquta: riżerva ta' mill-anqas 5% tal-baġits tal-Fond Soċjali Ewropew Plus għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali tat-tfal.
Nikkontribwixxu għall-miri soċjali tal-UE
Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
Prinċipju 11: Kura tat-tfal u appoġġ għat-tfal
It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli ta' kwalità tajba.
It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar. It-tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs.
Mira tal-UE
Tnaqqis tal-faqar
Mill-anqas 15-il miljun persuna anqas f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali sal-2030, li mill-anqas 5 miljuni minnhom jkunu tfal.
Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal
Kull tifel u tifla fl-Ewropa u madwar id-dinja għandhom igawdu l-istess drittijiet u jgħixu ħielsa minn kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni u intimidazzjoni.
Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal hija parti integrali mill-istrateġija tal-UE għad-drittijiet tat-tfal.