Skip to content

Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali: ċifri ewlenin

L-UE tirregola l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma minn attivitajiet industrijali bl-għan li jitnaqqas it-tniġġis.

Id-direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali hija l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-UE li tindirizza t-tniġġis industrijali. Din tkopri l-impjanti industrijali u l-azjendi tal-bhejjem il-kbar fil-pajjiżi tal-UE.

Il-Kunsill jinsab fil-proċess li jirrevedi d-direttiva, wara l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Id-data t'hawn taħt tirreferi għar-regoli attwalment fis-seħħ.

L-infografika tippreżenta ċifri ewlenin dwar id-direttiva attwali tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali.

Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali: ċifri ewlenin

Id-direttiva attwali tirregola:

  • 30 000 impjant industrijali kbir
  • 20 000 intrapriża intensiva tal-bhejjem

Setturi:

  • 39% Trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer
  • 20% Industriji tal-iskart
  • 10% Produzzjoni u proċessar tal-metalli
  • 9% Industriji tal-kimika
  • 7% Biċċeriji, prodotti tal-ikel u ħalib
  • 5% Industriji tal-enerġija
  • 4% Industriji minerali
  • 2% Trattament tas-superfiċje
  • 2% Polpa, karta u prodotti bbażati fuq l-injam
  • 2% Attivitajiet oħrajn

L-installazzjonijiet u l-azjendi agrikoli koperti mir-regoli tal-UE jammontaw għal:

  • 20% tal-emissjonijiet totali fl-ilma u l-arja fl-UE
  • 40% tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra tal-UE

Sustanzi niġġiesa tal-arja u tal-baħar koperti mir-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali

Id-direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali tistabbilixxi livelli limitu annwali tal-emissjonijiet għal +90 sustanza niġġiesa.

Xi eżempji:

  • Diossidu tal-karbonju CO2: jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima
  • Metan CH4: jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima u l-formazzjoni tal-ożonu troposferiku
  • Diossidu tan-nitroġenu NO2: jista' joħloq żbilanċi fl-ambjent u jaffettwa s-saħħa tal-bniedem
  • Diossidu tal-kubrit SO2: jista' jagħmel ħsara lil individwi sensittivi u jikkontribwixxi għad-depożitu aċiduż fuq l-ekosistemi akkwatiċi
  • Materja partikolata PM10: tista' tikkawża l-mewt qabel iż-żmien u tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima
  • Merkurju Hg: jista' jkun karċinoġenu
  • Ammonijaka NH3: tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-materja partikolata

Sors: Kummissjoni Ewropa, Portal Ewropew dwar l-Emissjonijiet Industrijali

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Awwissu 2025