Skip to content

Il-Boxxla Strateġika sena wara: valutazzjoni

Ikklikkja fuq il-link ta' hawn taħt biex issib l-aħħar informazzjoni dwar il-Boxxla Strateġika.

Stampa ta' boxxla fuq sfond blu tippreżenta l-erba' pilastri u dak li nkiseb taħt kull pilastru. L-ewwel pilastru għandu stampa ta' suldati fl-azzjoni. It-tieni pilastru għandu stampa ta' ajruplan tal-ġlied. It-tielet pilastru għandu stampa ta' satellita. U fl-aħħar nett ir-raba' pilastru għandu stampa ta' idejn jiġbdu ħabel.

Sena wara li l-Kunsill approva formalment il-Boxxla Strateġika fil-21 ta' Marzu 2022, sar progress sinifikanti.

Il-ħeffa, il-flessibbiltà u l-kwalità tar-rispons tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet żdiedu.

Ordni dinji inċert

Analiżi tat-theddid

Strateġija

Pjan ta' azzjoni

Erba' pilastri:

1. Naġixxu: preżenza u involviment fuq il-post

Għodod għall-immaniġġar ta' kriżijiet ċivili u militari aktar effettivi, bħal:

  • Missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK):

    - EUMAM Ukraine ser tħarreġ sa 30 000 suldat Ukren sa tmiem l-2023

    - missjonijiet ġodda, mill-Kawkasu tan-Nofsinhar sas-Saħel
  • Faċilità Ewropea għall-Paċi

    - il-mudell "ħarreġ u agħti t-tagħmir" issa huwa realtà

    - seba' pakketti ta' appoġġ ta' assistenza militari għall-Ukrajna li jammontaw għal €3.6 biljun



2. Niggarantixxu Sigurtà: il-kapaċità li nantiċipaw it-theddid sabiex nipproteġu liċ-ċittadini

Sar progress sabiex:

  • tissaħħaħ il-kapaċità ta' maniġġar tal-kriżijiet
  • tiżdied il-kooperazzjoni fiċ-ċiberdifiża, fost l-oħrajn permezz ta' Politika ġdida tal-UE dwar iċ-ċiberdifiża
  • isir rieżami tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
  • jissawwar Sett ta' Għodod tal-UE kontra Theddid Ibridu
  • jiġi implimentat il-pjan direzzjonali dwar it-tibdil fil-klima u d-difiża
  • tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-ġirien fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
  • jitħarsu l-assi spazjali tal-UE u jiġi żgurat li kulħadd ikun jista' jgawdi mis-servizzi spazjali



3. Ninvestu: nonfqu aktar u nonfqu aħjar

L-investimenti fid-difiża u l-baġits għaliha jinkludu:

  • €70 biljun fin-nefqa addizzjonali tal-UE sal-2025, minn €214-il biljun diġà milħuqa fl-2021
  • €1.2 biljun fl-2022 għal proġetti ta' riċerka u żvilupp skont il-Fond Ewropew għad-Difiża
  • baġit ta' €930 miljun għal sejħiet għal proposti li għandu jiġi allokat fl-2023 skont il-Fond Ewropew għad-Difiża
  • €500 miljun bħala inċentiv għall-akkwist konġunt ta' tagħmir militari (proposta għal regolament)
  • l-istabbiliment tat-Task Force ta' Akkwist Konġunt għad-Difiża – biex tidentifika l-aktar bżonnijiet urġenti tal-istati membri
  • l-istabbiliment ta' Ċentru ta' Innovazzjoni fid-Difiża tal-UE



4. Nissieħbu: sors ewlieni ta' qawwa u reżiljenza

Is-sħubiji ssaħħu permezz ta':

  • NATO: dikjarazzjoni konġunta ffirmata mill-UE u n-NATO fi Brussell (f'Jannar 2023) li tagħti viżjoni waħda ta' kif ser jaġixxu flimkien biex jiġġieldu t-theddid komuni għas-sigurtà
  • kooperazzjoni msaħħa mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa
  • kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana b'appoġġ għal Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi mmexxija mill-Afrikani, inkluż permezz ta' €730 miljun skont l-EPF għall-2021-2024
  • sħubiji bilaterali mfassla apposta, pereżempju mal-Istati Uniti



Il-Boxxla Strateġika tagħti aktar direzzjoni u viżjoni komuni għall-isforzi tal-UE fis-sigurtà u d-difiża fil-ħames sal-għaxar snin li ġejjin.