- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 23 ta' Jannar 2017
Riżultati ewlenin
Il-Presidenza ppreżentat il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd. Il-prijorità ewlenija fl-agrikoltura ser tkun il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tas-swieq u n-negozjati kummerċjali li għaddejjin, kif ukoll biex isir progress f'fajls bħall-produzzjoni organika, il-foresti, r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-mediċini veterinarji. Fis-sajd, il-Presidenza ser taħdem favur l-adozzjoni ta’ għadd ta’ testi leġislattivi ewlenin, inkluż diversi pjanijiet pluriennali, flotot tas-sajd esterni u miżuri tekniċi.
Ser ikollna l-opportunità fil-laqgħa informali tal-ministri tal-agrikoltura f’Malta li niddiskutu xi wħud mill-isfidi ewlenin li qed niffaċċaw, bħalma huma l-adattament tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni effikaċi tal-ilma.
Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u president tal-Kunsill
Is-sitwazzjoni tas-suq
Il-Kunsill ġie aġġornat dwar l-aħħar żviluppi fis-swieq agrikoli prinċipali u ddiskuta l-konklużjonijiet tat-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-hekk imsejjaħ pakkett dwar il-ħalib, kif ukoll dawk tal-forum tal-UE dwar il-laħam tan-nagħaġ.
Is-swieq qed jirkupraw bil-mod, iżda huwa ċar li xi bdiewa għadhom għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Qed insegwu s-sitwazzjoni mill-qrib, u ser nieħdu aktar azzjoni jekk jirriżulta li jkun meħtieġ.
Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u president tal-Kunsill
Fid-dibattitu li segwa, il-ministri rrikonoxxew li kien hemm xi progress, iżda esprimew tħassib dwar il-livell tal-volatilitàli għad hemm f’diversi setturi u segmenti tas-suq, speċjalment fir-rigward ta’ prodotti tal-ħalib, laħam taċ-ċanga u tat-tjur. Il-Kunsill kien ukoll pożittiv dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-ħalib u l-estensjoni tiegħu lil hinn mill-2020.
Kwistjonijiet ta' kummerċ internazzjonali
Il-Kunsill ġie mgħarraf dwar il-progress fin-negozjati kummerċjali li għaddejjin li huma rilevanti għall-agrikoltura u kellu skambju ta’ fehmiet dwar l-istudju ekonomiku mwettaq mill-Kummissjoni dwar l-impatt kumulattiv ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs) fuq is-settur agrikolu tal-UE.
Il-ministri enfasizzaw l-importanza tal-kummerċ għall-agrikoltura u l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tal-FTAs. Madankollu wissew ukoll kontra ftehimiet żbilanċjati, u esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ ftehimiet ma’ kompetituri diretti. Huma talbu lill-Kummissjoni biex tqis b’mod sħiħ is-sensittivitajiet tas-setturi speċifiċi fin-negozjati.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konsegwenzi tal-influwenza avjarja, l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta għall-inbid, u r-riżultati tal-erbgħin konferenza tad-diretturi ta’ aġenziji tal-pagamenti nazzjonali.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv - Kunsill Agrikoltura u Sajd, 23 ta’ Jannar 2017
- Aġenda proviżorja tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd, 23 ta' Jannar 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjoni leġiżlattiva, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 23 ta’ Jannar 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġiżlattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 23 ta’ Jannar 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025