- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 10/10/2016, 10 ta' Ottubru 2016
Riżultati ewlenin
Sajd
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku għall-2017.
Wara ġurnata ta’ negozjar, il-ministri qablu unanimament dwar il-kwantità massima ta’ ħut li s-sajjieda tal-UE ser ikollhom permess li jaqbdu s-sena d-dieħla mill-għaxar stokkijiet kummerċjali prinċipali fil-Baħar Baltiku, kwantità li tissejjaħ ukoll “Qabdiet Totali Permissibbli” (TAC).
Il-kwantitajiet kienu miftiehma filwaqt li ttieħed kont tal-impenn lejn l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż il-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY), il-prinċipji tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-Baħar Baltiku, u l-pariri xjentifiċi, b’mod partikolari l-pariri mogħtija mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES).
Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-konsultazzjonijiet annwali bejn l-UE u n-Norveġja fil-qafas tal-ftehim bilaterali tagħhom dwar is-sajd. It-tħassib ewlieni espress mill-istati membri kopra l-arranġamenti ta’ ġestjoni għall-istokkijiet ta' ħut ġestiti b’mod konġunt u l-iskambju ta’ possibbiltajiet reċiproċi ta’ sajd fl-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi.
Agrikoltura
Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament Omnibus. Dan ir-regolament huwa parti mill-pakkett ta’ rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u jimmira, fost objettivi oħra, biex ikompli jissimplifika l-Politika Agrikola Komuni, filwaqt li jsaħħaħ ukoll l-aspetti ta’ flessibbiltà u sussidjarjetà.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ddiskutew għadd ta’ kwistjonijiet oħra, inkluż is-sitwazzjoni tas-suq u l-miżuri ta’ sostenn, tħassib marbut mas-setturi taz-zokkor u l-laħam tal-majjal, l-ekoloġizzazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), u r-rabta bejn il-benesseri tal-annimali u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.
“Il-ftehim tal-lum huwa riżultat eċċellenti, kemm għall-ambjent kif ukoll għas-sajjieda tal-Baltiku. Ma kienx faċli iżda rnexxielna nilħqu bilanċ tajjeb bejn is-sostenibbiltà tar-riżorsi marittimi tagħna u l-ħtiġijiet tas-settur tas-sajd tal-pajjiżi kkonċernati, f’konformità sħiħa mal-pjan pluriennali l-ġdid tal-Baltiku.”
Gabriela Matečná, Ministru għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tas-Slovakkja
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 10 ta' Ottubru 2016
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 10 ta' Ottubru 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 10 ta' Ottubru 2016
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025