- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 12-13/12/2016, 12 u 13 ta' Diċembru 2016
Riżultati ewlenin
Agrikoltura, 12 ta' Diċembru
Tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti
"Prattiki ġusti huma r-regola l-ġdida tas-sistema. Il-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali inġusti daħlet f'era ġdida. Illum saħħaħna l-ġlieda tagħna kontra l-prattiki kummerċjali inġusti. L-appoġġ unanimu mill-Kunsill ifisser li l-prattiki kummerċjali ser jiġu eżaminati mill-qrib fil-livell Ewropew. Il-Presidenza Slovakka laħqet b'mod sħiħ l-għan tagħha li tiżgura ambjent kummerċjali trasparenti u ġust għall-bdiewa Ewropej"
Gabriela Matečná, Ministru Slovakk għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u president tal-Kunsill
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti.
Il-Kunsill jagħraf l-importanza ta' katina tal-provvista tal-ikel li taħdem tajjeb u juri tħassib dwar il-vulnerabbiltà tal-bdiewa f'dan il-kuntest, minkejja għadd ta' sforzi biex tittejjeb is-sitwazzjoni tagħhom. Il-konklużjonijiet jissuġġerixxu soluzzjonijiet li l-Kummissjoni u l-istati membri jistgħu jimplimentaw biex jiggarantixxu, fost affarijiet oħra, li jinqasmu r-riskji b'mod iktar ugwali tul il-katina tal-provvista, li tissaħħaħ il-konklużjoni tal-kuntratti, u li jitjiebu t-trasparenza tas-suq u l-ġestjoni tar-riskji.
Il-konklużjonijiet jitolbu wkoll lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li tipproponi qafas leġislattiv jew miżuri mhux leġislattivi oħra tal-UE biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti. Kull inizjattiva għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u tħares is-sistemi nazzjonali li jaħdmu tajjeb.
Agrikoltura u tibdil fil-klima
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-aspetti agrikoli tal-proposti tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-qsim tal-isforzi (ESR) u regolament dwar l-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija (ir-regolament LULUCF).
L-istati membri b'mod ġenerali laqgħu l-proposti tal-Kummissjoni u enfasizzaw il-kontribut li l-agrikultura tista' tagħti biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Saħqu wkoll fuq l-importanza li tiġi ggarantita l-konsistenza bejn l-objettivi tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel.
Xi ministri kkonċentraw ukoll l-intervent tagħhom fuq ir-rwol tal-ġestjoni sostenibbli tal-forestrija.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew mgħarrfa dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati rigward ir-regolament propost dwar il-produzzjoni organika, u ta':
- id-drittijiet tan-nissiela tal-pjanti
- l-implimentazzjoni tar-regolament il-ġdid dwar miżuri protettivi kontra organiżmi ta' ħsara għall-pjanti
- ir-riżultati tal-laqgħa ta' tnedija tal-Pjattaforma tal-UE dwar il-ħela tal-ikel u t-telf tal-ikel
Sajd, 13 ta' Diċembru
Il-limiti ta' qbid għall-2017 fl-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana
"Is-sostenibbiltà kienet il-bażi tal-ftehim tal-lum: is-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut tagħna, iżda wkoll dik tas-settur tas-sajd tagħna. Irnexxielna nirrikonċiljaw il-fehmiet differenti għall-ġid tal-partijiet kollha involuti, u ħloqna l-bażi għall-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli"
Gabriela Matečná, Ministru Slovakk għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u president tal-Kunsill
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar regolament li jikkonċerna l-limiti ta' qbid għall-2017 għall-istokkijiet ta' ħut kummerċjali ewlenin fl-Atlantiku, fil-Baħar tat-Tramuntana u f'attivitajiet ta' sajd internazzjonali li fihom jieħdu sehem bastimenti tal-UE.
Bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-Kunsill, l-għadd ta' stokkijiet ta' ħut immaniġġati fil-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli ser jiżdiedgħal 44 is-sena d-dieħla u x-xejra pożittiva b'rabta mal-istokkijiet f'limiti bijoloġiċi sikuri ser tissaħħaħ. Il-qbil jindirizza wkoll il-kwistjoni ta' speċijiet bi kwota limitanti f'sajd imħallat billi jipprovdi elementi ta' flessibbiltà.
Il-qbil ser japplika mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025