- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 03/04/2017, 3 ta' April 2017
Riżultati ewlenin
"Is-sikurezza tal-konsumatur hija prijorità għall-Presidenza Maltija u l-UE kollha kemm hi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni rreaġixxew malajr, b'mod effettiv, u b'mod ikkoordinat għall-iskandlu tal-laħam Brażiljan. Is-sistema tal-UE għall-kontroll tal-importazzjonijiet hija rigoruża u affidabbli, u issa hija aktar stretta minn qabel."
Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u president tal-Kunsill
Omnibus
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-regolament Omnibus, li jipproponi aġġornamenti għal-leġislazzjoni f'diversi oqsma, inkluż il-politika agrikola komuni, u huwa parti mir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Id-delegazzjonijiet laqgħu b'mod ġenerali l-pakkett ta' kompromess tal-Presidenza u indirizzaw il-ftit kwistjonijiet politiċi li huma pendenti (appoġġ akkoppjat volontarju, bdiewa żgħażagħ, għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, eċċ.). L-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom ser jipprovdi gwida politika lill-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura fil-kompitu tiegħu li jilħaq ftehim finali dwar l-aspetti agrikoli tal-proposta.
"Il-prijorità tagħna hija li nagħmlu l-ħajja aktar faċli kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali. Hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu biex nissimplifikaw u ntejbu r-regoli eżistenti fi ħdan il-limiti tal-istabbiltà tas-suq."
Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u president tal-Kunsill
Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' żoni ta' interess ekoloġiku
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE) taħt l-iskema ta' pagamenti ta' ekoloġizzazzjoni diretti.
Ir-rapport juri li l-obbligu ta' ŻIE japplika għall-maġġoranza tal-art li tinħadem fl-UE, u jista' jgħin biex jiġi indirizzat l-impatt ta' xi prattiki tal-biedja fuq l-ambjent, billi jinħolqu effetti ta' benefiċċju għall-bijodiversità, il-ħamrija, l-ilma u l-klima.
Id-delegazzjonijiet laqgħu r-rapport u ssottolinjaw l-importanza ta' simplifikazzjoni ulterjuri tal-ekoloġizzazzjoni tal-PAK.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-Ministri ġew infurmati dwar l-iktar żviluppi reċenti fil-frodi tal-laħam Brażiljan, u ddiskutew is-simplifikazzjoni tal-PAK, b'enfasi fuq il-perjodu wara l-2020 u fuq il-leġislazzjoni sekondarja.
Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jimmobilizza l-fond ta' solidarjetà tal-UE biex jgħin lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall isewwu l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali. Wara l-għargħar f'Diċembru 2015 u f'Jannar 2016 ir-Renju Unit ser jirċievi €60.3 miljun. Ċipru, li ntlaqat minn nixfa u nirien bejn Ottubru 2015 u Ġunju 2016, ser jingħata €7.30 miljun. Il-Portugall sofra minn nirien f'Awwissu 2016 u ser jirċievi €3.93 miljun.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 3 ta’ April 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Provisional Agenda, Agriculture and Fisheries Council, 3 April 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 3 ta’ April 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 3 ta’ April 2017
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025