Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 12/06/2017, 12 ta' Ġunju 2017

Riżultati ewlenin

Agrikoltura

Organika

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-proposta leġislattiva għal regolament ġdid dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi.

Il-ministri affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jilħqu qbil dwar il-fajl u ddiskutew il-possibilitajiet biex jingħeleb l-istaġnar attwali fin-negozjati.

"Minkejja l-impenn determinat tagħna biex niżguraw riżultat pożittiv, dan l-aħħar ftit li xejn sar progress fir-rigward tan-negozjati dwar ir-regolament dwar il-produzzjoni organika. Illum l-istati membri talbu lill-presidenza Maltija biex tfassal test aġġornat bit-tama li jintlaħaq qbil mal-Parlament Ewropew qabel tmiem il-mandat tagħna. Aħna grati tal-fiduċja li ngħatajna, u ntrabatna li naħdmu fuq dan id-dossier sal-aħħar ġurnata"

Clint Camilleri, Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u l-president tal-Kunsill 

Il-Presidenza ser taħdem fuq test aġġornat bil-ħsieb li torganizza trilogu mal-PE sal-aħħar tax-xahar. Għaldaqstant ser issejjaħ laqgħat bilaterali mal-istati membri mill-aktar fis possibbli.

Sitwazzjoni tas-suq

F’konformità mal-impenn tiegħu li jsegwi s-sitwazzjoni tas-suq mill-qrib, il-Kunsill ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fis-setturi agrikoli ewlenin.

Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni tas-suq tjiebet b'mod sinifikanti f'diversi setturi fl-aħħar xhur, għalkemm kien hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju fis-settur tat-tjur u fis-setturi tal-majjal ta' xi stati membri.

B'mod ġenerali, il-ministri laqgħu dawn is-sinjali pożittivi, iżda xi wħud minnhom ġibdu l-attenzjoni għal setturi partikolari li għadhom qed jiffaċċaw diffikultajiet minħabba provvista eċċessiva staġjonali, maltemp jew restrizzjonijiet veterinarji.

"Nilqgħu l-iżviluppi pożittivi f'bosta setturi agrikoli, iżda jeħtieġ li nibqgħu għassa. Il-Kunsill jibqa' viġilanti, u jinsab lest jirreaġixxi f'każ li l-kundizzjonijiet ekonomiċi jiddeterjoraw għal għarrieda."

Clint Camilleri, Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u l-president tal-Kunsill 

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ġew informati wkoll dwar:

  • l-attivitajiet imwettqa mill-presidenza dwar il-kwistjoni tat-tħejjija għall-emerġenzi dwar is-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, waħda mill-prijoritajiet tal-presidenza Maltija
  • is-sitwazzjoni attwali tal-frodi fil-qasam tal-laħam fil-Brażil
  • in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur
  • is-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar ir-regolament propost dwar il-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju
  • il-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati tad-WTO
  • il-konferenza ministerjali tal-UE u l-Unjoni Afrikana ''Nagħmlu l-Agrikoltura Sostenibbli Futur għaż-Żgħażagħ fl-Afrika'' (Ruma, 2 ta' Ġunju 2017), u
  • l-iffirmar li għandu jsir dalwaqt tad-"Dikjarazzjoni dwar is-sojja Ewropew"

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025