Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16/07/2018, 16 ta' Lulju 2018

Riżultati ewlenin

Il-presidenza ppreżentat il-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd, fejn l-enfasi ser tkun fuq l-iżgurar tas-sigurtà alimentari u l-vitalità taż-żoni rurali.

Fil-qasam tal-agrikoltura, il-prijoritajiet prinċipali tal-Presidenza Awstrijaka ser ikunu li jsir kemm jista' jkun progress fin-negozjati tal-proposta dwar il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2020, u fuq it-titjib fil-pożizzjoni tal-produtturi agrikoli fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti. Prijoritajiet oħra jinkludu: is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġija dwar il-proteini veġetali, il-bijoekonomija, kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji, kif ukoll il-forestrija.

Rigward is-sajd il-presidenza ser tmexxi n-negozjati dwar il-limiti tal-qbid għall-2019 fil-baċiri tal-baħar l-aktar importanti, u tkompli l-ħidma fuq il-proposta dwar il-pjanijiet pluriennali għall-Punent tal-Baħar Mediterran u l-Ilmijiet tal-Punent, dwar l-emenda proposta għar-regolament dwar il-kontrolli uffiċjali u l-proposta għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-2020.

Pakkett ta' riforma tal-PAK wara l-2020

"Il-bdiewa għandhom ikunu bieżla bil-biedja, u mhux joqgħodu jimlew dokumenti amministrattivi jew jinterpretaw regoli kumplikati. Nixtiequ li l-PAK tal-ġejjieni tkun faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli għall-bdiewa kollha, irrispettivament mid-daqs tal-azjendi agrikoli tagħhom", qalet Juliane Bogner-Strauss, il-ministru federali għan-nisa, il-familji u ż-żgħażagħ tal-Awstrija u president tal-Kunsill. Hija ssostitwixxiet lil Elisabeth Köstinger, ministru federali għas-sostenibbiltà u t-turiżmu tal-Awstrija, li ser terġa' lura fil-ħarifa mil-leave tal-maternità tagħha.

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-elementi ta' simplifikazzjoni u sussidjarjetà li jinsabu fil-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2020. Id-diskussjonijiet bdew bi preżentazzjoni tal-Kummissjoni li enfasizzat il-progress li l-proposti ta' riforma jagħmlu biex iqiegħdu l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istati membri u tal-benefiċjarji fil-qalba tal-PAK. Matul id-dibattitu l-ministri qasmu ideat konkreti dwar kif ser jagħmlu l-ħajja aktar faċli għall-bdiewa u l-awtoritajiet nazzjonali.

F'dan il-kuntest il-Kunsill kellu wkoll l-opportunità li jiġi infurmat dwar il-kwistjoni tal-kondizzjonalità tal-pagamenti tal-PAK u t-talbiet minn xi stati membri li dawk ir-regoli li huma maħsuba għall-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għandhom ukoll jiġu simplifikati fil-futur.

Suġġetti oħra fl-aġenda

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar:

  • in-nixfa fil-Polonja,
  • l-aħħar żviluppi fil-proċess bikri tal-għażla ta' kandidat uniku tal-UE għall-elezzjonijiet tal-FAO fl-2019,
  • id-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025