- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Vidjokonferenza tal-ministri għall-agrikoltura u s-sajd, 13 ta' Mejju 2020
Riżultati ewlenin
Agrikoltura
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-effettività tal-miżuri tal-UE li ttieħdu biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-agrikoltura.
Il-ministri evalwaw is-sitwazzjoni u vvalutaw id-diversi azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Ewropea biex jiżguraw, b'mod partikolari, il-moviment ta' ħaddiema staġjonali, l-introduzzjoni ta' "korsiji ħodor", u l-possibbiltà li l-istati membri jipprovdu ħlasijiet bil-quddiem ogħla ta' pagamenti, għajnuna mill-istat ogħla u għajnuna għall-ħżin privat. Il-ministri laqgħu dawn il-passi u enfasizzaw il-ħtieġa għal aktar miżuri. Huma identifikaw oqsma addizzjonali li jeħtieġu appoġġ, bħas-setturi tal-ħalib, tal-vitella, taċ-ċanga, tat-tjur u tal-inbid, u talbu għal estensjoni tal-ambitu tal-iskemi ta' għajnuna għall-ħżin privat. Ħafna ministri appellaw ukoll għal baġit ta' politika agrikola komuni b'saħħtu għal wara l-2020.
Id-diskussjoni ttrattat ukoll il-proposti leġislattivi attwali, b'mod partikolari proposta biex jiġi emendat ir-Regolament 1305/2013 bil-għan li tiġi pprovduta likwidità biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tal-biedja u tan-negozji ż-żgħar involuti fl-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp ta' prodotti agrikoli.
Sajd
Il-ministri evalwaw l-iżviluppi relatati mal-kriżi tal-COVID-19 fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura mill-aħħar laqgħa informali tagħhom. Huma pprovdew ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi attwali tal-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd (FEMS) u ttrattaw ir-regolament li kien għadu kif ġie adottat li jemenda r-regolament dwar il-FEMS u r-regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.
Fi tmiem il-laqgħa l-Presidenza Kroata ħarġet stqarrija għall-istampa.
COVID-19: appoġġ tal-UE lill-agrikoltura u s-sajd (Infografika)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025