"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-ministri għall-agrikoltura u s-sajd, 29 ta' Ġunju 2020
Riżultati ewlenin
Agrikoltura
Riforma tal-politika agrikola komuni
Il-Presidenza Kroata infurmat lill-ministri dwar il-progress miksub fl-atti leġislattivi relatati mar-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK). Il-ħidma fuq dawn il-fajls ġiet imqassra f’rapport ta’ progress, li fih il-presidenza tidentifika wkoll oqsma fejn tqis li hija meħtieġa aktar ħidma.
Il-progress miksub fir-riforma tal-PAK huwa konsiderevoli. Dan huwa aktar minnu minħabba ċ-ċirkostanzi estremament diffiċli li fihom il-presidenza Kroata u l-istati membri kellhom jaħdmu biex jiżguraw li ma jinħela l-ebda ħin prezzjuż. Barra minn hekk, stajna nirreaġixxu malajr għall-isfidi relatati mal-COVID-19 u biex nadottaw miżuri li jiżguraw id-disponibbiltà tal-ikel fl-UE kollha u li nipprovdu appoġġ lill-bdiewa, lis-sajjieda u lill-produtturi tal-akkwakultura l-agħar milquta mill-kriżi.
Marija Vučković, ministru għall-Agrikoltura tal-Kroazja
Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2021". Huma skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar l-orjentazzjonijiet ewlenin issuġġeriti mill-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2021. Id-diskussjoni mmarkat il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni annwali tas-soltu mal-istati membri, il-kunsilli konsultattivi, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku biex jiġi stabbilit il-livell tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti tal-ħut.
L-iffissar ta' kwoti u limiti tal-qbid (Infografika)
Proposti leġislattivi attwali
Il-Presidenza Kroata infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġislattivi attwali fil-qasam tas-sajd, inkluż ir-regolament dwar il-kontroll tas-sajd u r-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Qabda inċidentali ta’ dniefel, dniefel suwed u speċi protetti oħrajn
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat in-nota tagħha dwar il-qabdiet inċidentali ta’ dniefel komuni, dniefel suwed tal-port u ta’ speċi protetti oħrajn fl-irkaptu tas-sajd
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.