Skip to content
  • Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 02-03/03/2015, 2 u 3 ta' Marzu 2015

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill Kompetittività sar fuq l-isfond tal-prijoritajiet ġenerali tal-Presidenza Latvjana biex tinkiseb Ewropa kompetittiva u Diġitali. Huwa inkluda dibattiti dwar dawk l-oqsma fejn is-suq uniku tal-UE u l-politika ta’ innovazzjoni dinamika jistgħu jżidu l-kapaċità tal-Ewropa biex tipprovdi tkabbir ekonomiku u impjiegi.    

Ewropa diġitali f’suq uniku prosperu

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu diversi azzjonijiet li għandhom l-għan li jneħħu ostakli bla bżonn fis-suq uniku u li jippermettu transizzjoni bla xkiel u rapida għall-era diġitali. 

M'hemmx ħin x'jintilef jekk l-Ewropa tixtieq tkun minn ta' quddiem nett fir-rivoluzzjoni diġitali u ssaħħaħ il-kompetittività. Is-Sinjura Dana Reizniece-Ozola, Ministru Latvjan għall-Ekonomija.

Il-president tal-laqgħa s-Sinjura  Dana Reizniece-Ozola, Ministru Latvjan għall-Ekonomija, enfasizzat li “m’hemmx ħin x'jintilef jekk l-Ewropa tixtieq tkun minn ta' quddiem nett fir-rivoluzzjoni diġitali u ssaħħaħ il-kompetittività. Dan jeħtieġ għadd ta’ azzjonijiet ewlenin, bħalma huma t-tneħħija ta’ ostakoli artifiċjali li ma jħallux lill-kumpaniji u liċ-ċittadini tagħna jibbenefikaw mis-suq uniku b’mod sħiħ u fuq bażi ugwali. Huwa kruċjali wkoll li tinħoloq il-bażi għal qafas solidu għall-investiment. Iż-żewġ kondizzjonijiet jaqblu mal-ispirtu u l-enfasi ewlenija tal-Presidenza Latvjana għall-kisba ta’ Ewropa kompetittiva u diġitali”. 

Il-ministri ddiskutew it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, użu usa’ ta’ għodod diġitali u l-inkoraġġiment l-intraprenditorija diġitali. L-eżitu tad-diskussjoni ser jipprovdi kontribut siewi għall-istrateġija tas-suq uniku diġitali tal-ġejjieni.      

Niffaċilitaw l-investimenti

Wara dibattitu, il-ministri ddeskrivew fil-qosor l-elementi ewlenin għall-ħolqien ta' regoli aktar sempliċi, aħjar u aktar prevedibbli biex jiġu ffaċilitati l-investimenti. L-għan huwa li jiġi implimentat il-pjan il-ġdid propost ta' investiment għall-Ewropa, li mistenni jimmobilizza mhux anqas minn €315 biljun f'investiment addizzjonali fuq it-tliet snin li ġejjin.

Ekonomija mmexxija mid-data

Il-Ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar kif l-Ewropa tista’ tappoġġa aħjar u taċċellera t-transizzjoni lejn ekonomija mmexxija mid-data permezz ta' riċerka miftuħa, ikkollegata u intensiva fid-data, fil-kuntest tal-aġenda diġitali għall-Ewropa.

Wara l-laqgħa, il-Ministru Latvjan għall-Edukazzjoni u x-Xjenza s-Sinjura Mārīte Seile għamlet il-kummenti li ġejjin: "Nemmen bis-sħiħ li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jistgħu jitqiegħdu għas-servizz tas-soċjetà u n-negozji biss permezz ta' innovazzjoni aktar rapida u mifruxa. Il-kapaċità ta' innovazzjoni tiddependi ferm fuq il-kwalità u l-kwantità tal-investimenti u t-trasferiment tal-għarfien bejn is-settur pubbliku u dak privat. F'dan ir-rigward, il-Kunsill indirizza żewġt oqsma fejn riċerka miftuħa, ikkollegata u intensiva fid-data tista' tagħti spinta lill-innovazzjoni: l-infrastrutturi elettroniċi pan-Ewropej u l-politiki u l-kondizzjonijiet qafas għal użu aħjar tal-big data u l-cloud computing".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025