"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Riċerka u spazju), 8 ta' Diċembru 2023

Riżultati prinċipali

Riċerka

L-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-tfassil tal-politika

Il-ministri approvaw konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-tfassil tal-politika.

Diana Morant Ripoll, Ministru ta' Spanja għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u l-Universitajiet
It-tfassil tal-politika tajjeb huwa essenzjali għall-progress tar-riċerka u l-innovazzjoni, iżda r-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fundamentali għas-suċċess tal-proċess regolatorju. It-tisħiħ tal-kontribut tar-riċerka u l-innovazzjoni għat-tfassil tal-politika huwa ta' benefiċċju għas-soċjetà, għandu impatt pożittiv fuq il-pjaneta u eventwalment itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini u jsaħħaħ id-demokrazija.
Diana Morant Ripoll, Ministru ta' Spanja għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u l-Universitajiet
Diana Morant Ripoll, Ministru ta' Spanja għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u l-Universitajiet

Il-konklużjonijiet, li huma prijorità tal-presidenza Spanjola, jirriflettu dwar kif it-tfassil, ir-riċerka u l-innovazzjoni adatti jistgħu jtejbu t-tfassil tal-politika permezz tal-inklużjoni tal-evidenza u l-għarfien xjentifiċi. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jenfasizzaw tliet dimensjonijiet ewlenin: l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-proċess tat-tfassil tal-politika fl-Unjoni; l-importanza tal-ekosistemi reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni; u l-impatt tal-politika tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fuq il-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni u fuq iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Qafas Ewropew biex jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u intraprenditorjali fl-Ewropa

Il-ministri laħqu qbil politiku dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal qafas Ewropew li jiġu attirati u miżmuma t-talenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u intraprenditorjali fl-Ewropa.

B'dan l-att, qed nistabbilixxu standards li jistgħu jiggwidaw lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka, lill-finanzjaturi u lill-partijiet ikkonċernati biex iżidu l-istabbiltà u l-attraenza tal-karrieri fir-riċerka fl-Ewropa. Biex nilħqu dan l-għan jeħtieġ li nikkoordinaw aħjar il-politiki nazzjonali tagħna dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; u jeħtieġ ukoll li ninvolvu lir-riċerkaturi kollha b'talent, irrispettivament mill-ġeneru, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza jew l-etniċità, l-oriġini soċjoekonomika jew kwalunkwe ċirkostanza oħra billi nindirizzaw b'mod effettiv l-inugwaljanzi persistenti fil-karrieri fir-riċerka. Diana Morant Ripoll, Ministru għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u l-Universitajiet

Din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa lir-riċerkaturi u l-karrieri fir-riċerka fl-UE, iżda wkoll li tiżviluppa suq tax-xogħol Ewropew aktar attraenti, miftuħ u sostenibbli għar-riċerkaturi, li huwa wkoll attraenti għat-talent barrani. Ir-rakkomandazzjoni tinkludi l-"Karta Ewropea għar-Riċerkaturi" ġdida, li tissostitwixxi t-test applikabbli bħalissa.

Il-valorizzazzjoni tar-riċerka bħala għodda għall-irkupru ekonomiku u industrijali u r-reżiljenza

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar "Il-valorizzazzjoni tar-riċerka bħala għodda għall-irkupru ekonomiku u industrijali u r-reżiljenza". Il-ministri ġew mistiedna jikkondividu l-aħjar prattiki dwar kif ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jintużaw biex tingħata ħajja ġdida lill-ekonomija u l-industrija tal-Unjoni b'rispons għal tliet temi ppreżentati mill-presidenza f'nota: L-isfidi tal-valorizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka biex l-industrija u l-ekonomija tal-UE jingħataw spinta ġdida; kif niżguraw li l-valorizzazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni twieġeb għall-prijoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali f'konformità mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini; miżuri nazzjonali għall-promozzjoni tal-valorizzazzjoni tar-riċerka min-naħa tad-domanda u l-ħiliet u t-tagħlim għall-fehim tal-valorizzazzjoni tal-għarfien mill-perspettiva tal-industrija.

Dibattitu waqt l-ikla ta' nofsinhar - It-trawwim ta' politiki għaż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Waqt ikla informali ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew kif l-aħjar jitrawmu politiki għaż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Id-dibattitu kien ibbażat fuq nota tal-presidenza u ffoka fuq erba' kwistjonijiet: l-isfidi fl-implimentazzjoni ta' politiki li jappoġġaw lin-nisa fix-xjenza u r-riċerka; il-miżuri biex jiġi evitat il-preġudizzju bejn il-ġeneri fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni xjentifika jew fil-ħatra ta' pożizzjonijiet ta' tmexxija u ta' teħid ta' deċiżjonijiet; l-ostakli għal talent żagħżugħ li jibda karriera fix-xjenza u l-innovazzjoni u kif dawn jingħataw perkors tal-karriera aktar sostenibbli u prevedibbli; u miżuri ta' appoġġ possibbli biex tiżdied l-attraenza tal-karrieri xjentifiċi għar-riċerkaturi fil-bidu tal-karriera tagħhom.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ġew infurmati dwar ħames kwistjonijiet taħt "affarijiet oħra":

  • id-delegazzjoni Spanjola infurmat lill-ministri dwar il-kontinwazzjoni tas-sħubija fir-riċerka u l-innovazzjoni fiż-żona tal-Mediterran (PRIMA).
  • infurmaw ukoll lill-ministri dwar l-avvenimenti relatati mar-riċerka organizzati mill-Presidenza Spanjola matul is-semestru tagħha
  • il-Kummissjoni Ewropea kellha punt ta' informazzjoni dwar l-ewwel edizzjoni tar-rapport ta' monitoraġġ fil-livell tal-UE taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER)
  • il-Kummissjoni Ewropea infurmat ukoll lill-ministri dwar il-progress li sar fil-valutazzjoni u l-azzjonijiet tar-riċerka u dwar inizjattiva ġdida dwar materjali avvanzati għat-tmexxija industrijali li ġiet inkluża fil-Programm ta' Ħidma għall-2024
  • fl-aħħar nett, il-ministri ġew infurmati mid-delegazzjoni Belġjana dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss fil-qasam tar-riċerka

Spazju

Illustrazzjoni: satelliti madwar id-dinja, b'enfasi fuq il-kontinent Ewropew

Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju (Infografika)

Immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju

Il-ministri approvaw konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju: is-sitwazzjoni attwali".

Il-politika dwar l-ispazju ma baqgħatx fil-fantaxjenza u saret element kruċjali ta' ħajjitna ta' kuljum, fosthom kif naraw it-televiżjoni, il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima jew inkella l-għażla tal-ġurnata għall-ħsad tal-qamħ. L-aċċess għall-ispazju ser ikun fundamentali għall-awtonomija strateġika miftuħa tagħna. Il-konklużjonijiet adottati llum juru t-triq biex tiġi garantita preżenza Ewropea fl-orbiti tal-pjaneta tagħna b'mod sikur, sigur u sostenibbli. Diana Morant Ripoll, Ministru ta' Spanja għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u l-Universitajiet

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw l-urġenza li jiġi żviluppat approċċ tal-UE għall-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju u jirrikonoxxu l-importanza li tiġi proposta leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-ispazju li tkopri aspetti ta' sikurezza, sigurtà u sostenibbiltà. Il-presidenza ressqet dan l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill biex tenfasizza l-kontribut konsiderevoli tal-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju għall-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE, inkluż il-Patt Ekoloġiku tal-UE u t-Trasformazzjoni Diġitali tal-UE, kif ukoll għall-aċċess awtonomu, sigur u kosteffiċjenti tal-Ewropa għall-ispazju.

Futur tal-politika tal-UE dwar l-ispazju f'dinja li qed tinbidel

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-futur tal-politika tal-UE dwar l-ispazju f'dinja li qed tinbidel abbażi ta' dokument imħejji mill-presidenza li fih xi informazzjoni ġenerali u tliet kwistjonijiet biex jiggwidaw id-dibattitu: Is-sostenibbiltà tal-ispazju; is-sigurtà u d-difiża; l-awtonomija strateġika tal-UE

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ġew infurmati dwar żewġ kwistjonijiet taħt "affarijiet oħra":

  • il-presidenza Spanjola ser tagħti preżentazzjoni dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet matul is-semestru tagħha
  • id-delegazzjoni Belġjana ppreżentat il-programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss fil-qasam tal-ispazju

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025