- Kunsill Kompetittività
Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 7 ta' Marzu 2024
Riżultati ewlenin
Regolament dwar il-ħlas tard
Il-ministri ddiskutew il-progress fil-ħidma biex tintlaħaq pożizzjoni komuni dwar ir-regolament dwar il-ħlas tard. Il-ministri qasmu fehmiethom abbażi ta' dokument imħejji mill-Presidenza Belġjana. Il-punti ewlenin tad-diskussjoni kienu l-għażla tal-istrument legali (direttiva jew regolament) u l-perjodi ta' ħlas li jorbtu ta' 30 jum (jekk għandhomx ikunu fissi jew adattati għas-sitwazzjonijiet li joperaw fihom in-negozji).
Il-proposta għal regolament dwar il-ħlas tard hija parti mill-"pakkett ta' għajnuna għall-SMEs", sensiela ta' inizjattivi ppreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Settembru 2023 biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-ambjent ekonomiku attwali.
It-test legali propost mill-Kummissjoni jibdel il-leġiżlazzjoni attwali (id-direttiva dwar il-ħlas tard) f'regolament u jindirizza n-nuqqasijiet attwali, inkluż in-nuqqas ta' miżuri preventivi suffiċjenti u deterrenti xierqa li l-mekkaniżmi ta' infurzar u rimedju tagħhom mhumiex tajbin biżżejjed.
- Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali
- Komunikazzjoni dwar il-pakkett ta' għajnuna għall-SMEs
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (informazzjoni ġenerali)
Ir-rapport annwali tal-2024 dwar is-suq uniku u l-kompetittività
Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar ir-rapport annwali tal-2024 dwar is-suq uniku u l-kompetittività (ASMCR) li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni fl-14 ta' Frar. Ir-rapport annwali dwar is-suq uniku u l-kompetittività jwieġeb għal talba tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2023 biex isir monitoraġġ tal-istat tas-suq uniku u l-kompetittività tiegħu. Imqabbel mal-edizzjonijiet ta' qablu, ir-rapport ta' din is-sena jinkludi indikaturi ġodda tal-kompetittività, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2023: "Il-kompetittività fit-tul tal-UE: lil hinn mill-2030". Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni tas-suq uniku skont id-disa' oqsma ta' kompetittività: il-funzjonament tas-suq uniku, l-aċċess għall-kapital privat, l-investiment pubbliku u l-infrastruttura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija, iċ-ċirkolarità, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-kummerċ u l-awtonomija strateġika miftuħa.
Id-diskussjoni kienet strutturata madwar dokument imħejji mill-Presidenza Belġjana li stieden lill-ministri jirriflettu fuq erba' suġġetti: il-muturi prinċipali tal-kompetittività, kif jista' jittejjeb l-ASMCR fil-futur (jiġifieri b'indikaturi ewlenin ġodda tal-prestazzjoni), kif tista' tissaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet fis-suq uniku, u l-objettivi ewlenin tat-taskforce għall-infurzar fis-suq uniku (SMET).
- Ir-rapport annwali tal-2024 dwar is-suq uniku u l-kompetittività
- Taskforce għall-Infurzar fis-Suq Uniku (SMET)
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Is-suq uniku tal-UE (informazzjoni ġenerali)
- Il-kompetittività fit-tul tal-UE: lil hinn mill-2030
Affarijiet oħra
Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar ħames kwistjonijiet:
- Il-presidenza għarrfet lill-istati membri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-inizjattivi leġiżlattivi differenti li qed jiġu diskussi bħalissa. B'mod partikolari, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali rigward tliet proposti importanti:
Id-direttiva dwar il-projbizzjoni tax-xogħol furzat
- Il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim dwar il-projbizzjoni ta' prodotti magħmula b'xogħol furzat (stqarrija għall-istampa, 5 ta' Marzu 2024)
- Il-proposta tal-Kummissjoni
Id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva
L-att dwar l-emerġenzi u r-reżiljenza fis-suq intern (eks SMEI)
- SMEI / IMERA: il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim proviżorju dwar it-tħejjija għall-kriżi (stqarrija għall-istampa, 1 ta' Frar 2024)
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Il-proposta tal-Kummissjoni
- Il-presidenza u l-Kummissjoni għarrfu lill-ministri dwar il-progress fl-"Aġenda Ewropea għat-turiżmu 2030" u dwar il-kunsill informali tal-ministri għat-turiżmu li l-presidenza Belġjana organizzat f'Louvain-la-Neuve fid-19 u l-20 ta' Frar.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2030
- Laqgħa informali tal-ministri għat-turiżmu (is-sit web tal-presidenza Belġjana)
- Id-delegazzjonijiet tal-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka, Spanja, il-Finlandja u l-Portugall infurmaw lill-ministri dwar il-ħtieġa li tiġi aġġornata l-istrateġija għas-settur marittimu fil-livell Ewropew. L-istrateġija attwali, l-hekk imsejħa "LeaderSHIP 2020", ġiet adottata b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika fis-settur tal-bini tal-vapuri fl-2013 u minn dak iż-żmien ma nbidlitx. Il-Ġermanja u n-Netherlands stiednu lill-Kummissjoni biex tippubblika strateġija marittima ġdida u talbu lill-presidenza Belġjana biex tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-industrija marittima fl-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill li jmiss dwar il-politika industrijali.
- Regoli dwar l-għajnuna mill-istat għall-kompetittività fit-tul
Fuq talba tad-delegazzjoni Żvediża u ta' 10 stati membri oħra, il-ministri ġew infurmati dwar l-impatt tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat fuq il-kompetittività fit-tul. Id-delegazzjoni Żvediża pproponiet approċċ fuq żmien twil għall-għajnuna mill-istat minflok il-miżuri attwali ta' rilassament għal żmien qasir.
- Skarsezzi ta' mediċini
Fuq talba tad-delegazzjoni Franċiża, il-ministri kellhom punt fl-aġenda dwar il-modi kif tista' tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini fl-UE. Id-delegazzjoni Franċiża enfasizzat kif l-Ewropa tiddipendenti ħafna fuq l-importazzjoni ta' mediċini kritiċi manifatturati fl-Asja, kif irriżulta mill-pandemija tal-Covid-19. Id-delegazzjoni semmiet li, fit-2 ta' Mejju 2023, 22 stat membru ffirmaw dokument informali li enfasizza l-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini fl-Ewropa, billi titħeġġeġ inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta' "att dwar il-mediċini kritiċi" sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-Ewropa kif ukoll ir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa.
Strument għall-emerġenzi fis-suq uniku (Infografika)
Il-futur tal-politika industrijali tal-UE
Waqt l-ikel, il-ministri kellhom dibattitu dwar il-futur tal-politika industrijali tal-UE. Id-dibattitu kien ibbażat fuq nota mħejjija mill-presidenza fejn il-ministri ġew mistiedna jqisu s-setturi fejn l-UE diġà għandha vantaġġ kompetittiv, kif ukoll l-indikaturi ewlenin użati biex jidentifikawhom.
"Insaħħu l-kompetittività tagħna" hija waħda mis-sitt prijoritajiet tal-Presidenza Belġjana. Din tistieden lill-UE biex tagħti prijorità lill-kompetittività fit-tul u l-politika industrijali tagħha, f'dinja li qed tinbidel b'realtajiet ġeopolitiċi ġodda u teknoloġiji fixkiela, bħall-intelliġenza artifiċjali. Wieħed mir-riżultati speċifiċi ta' din il-prijorità ser ikun l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-politika industrijali tal-UE fil-Kunsill COMPET tal-24 ta' Mejju. L-iskambju ta' fehmiet waqt l-ikel ser jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar il-futur tal-politika industrijali tal-UE kif ukoll għal dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ferran Tarradellas Espuny Press officer
- +32 473 95 45 74
- +32 2 281 6291
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #COMPET
Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025