"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 08/03/2016, 8 ta' Marzu 2016

Riżultati ewlenin

Evitar tat‑taxxa korporattiva

Għandna appoġġ qawwi għal ftehim politiku dwar din id-direttiva, li se tittrasponi b’mod preċiż fil-leġislazzjoni tal-UE l-istandard tal-OECD dwar ir-rappurtar pajjiż b’pajjiż” Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u President tal-Kunsill

Il‑Kunsill laħaq qbil dwar il‑pożizzjoni tiegħu, fi stennija tal‑opinjoni tal‑Parlament Ewropew, rigward abbozz ta' direttiva dwar l‑iskambju ta' informazzjoni relatata mat‑taxxa dwar l‑attivitajiet ta' kumpaniji multinazzjonali.

“Dan huwa l-ewwel pass li qegħdin nieħdu f’ħidmitna fuq il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa”, qal Jeroen Dijsselbloem, il-Ministru għall-Finanzi tan-Netherlands u President tal-Kunsill. “Għandna appoġġ qawwi għal ftehim politiku dwar din id-direttiva, li se tittrasponi b’mod preċiż fil-leġislazzjoni tal-UE l-istandard tal-OECD dwar ir-rappurtar pajjiż b’pajjiż.”

Il-ftehim politiku huwa soġġett għal konsultazzjoni tal-parlament tiegħu minn stat membru wieħed.

Id‑direttiva se tirrikjedi li l‑kumpaniji multinazzjonali jirrappurtaw informazzjoni relatata mat‑taxxa, dettaljata skont il‑pajjiż, u li l‑awtoritajiet tat‑taxxa nazzjonali jiskambjaw dik l‑informazzjoni awtomatikament.

Hija tkopri kumpaniji multinazzjonali b'total ta' dħul konsolidat tal‑grupp ta' mill‑anqas €750 miljun, li jkun fih 90% tad-dħul tal-kumpaniji.

Kodiċi ta' kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-kodiċi ta’ kondotta bl-għan li jiġu eliminati l-miżuri li jistgħu joħolqu sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni fiskali inġusta.

Il-kodiċi ta’ kondotta jintuża biex jivvaluta l-impatt negattiv tal-miżuri fiskali adottati, jew li qegħdin fil-proċess li jiġu adottati, mill-istati membri. Grupp ta’ ħidma jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jipprevedu titjib tal-governanza, it-trasparenza u l-metodi ta’ ħidma tal-grupp ta’ ħidma.

L-effiċjenza se titjieb billi titħaffef il-valutazzjoni tal-impatt potenzjalment negattiv tas-sistemi fiskali, b’involviment aktar kmieni u aktar frekwenti tal-Kunsill. Se tissaħħaħ l-informazzjoni lill-pubbliku dwar il-ħidma kurrenti u fil-passat tal-grupp.

Il-presidenza beħsiebha tieħu deċiżjoni oħra li għandha tittieħed sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 dwar ir-reviżjoni tal-mandat tal-grupp.

Politika ekonomika u fiskali

Il-ministri ddiskutew l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qafas tas-“Semestru Ewropew”, il-proċess annwali ta’ monitoraġġ tal-politika tal-UE. Il-Kummissjoni ppreżentat rapporti dwar il-politiki ekonomiċi tal-istati membri, li jiffukaw fuq il-miżuri meħuda biex ineħħu l-ostakli għall-investiment.

Il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro, li tagħmilha possibbli li jitqiesu kwistjonijiet taż-żona tal-euro fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2016.

Huwa adotta wkoll konklużjonijiet dwar is-sostenibbiltà fiskali, li identifikaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-istati membri fir-rigward tal-finanzi pubbliċi tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025