- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12/02/2016, 12 ta' Frar 2016
Riżultati ewlenin
Finanzjament tat-terroriżmu
Il-Kunsill stabbilixxa l-prijoritajiet tiegħu hekk kif qed jissaħħu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu.
Dan wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jingħelbu l-isfidi attwali, u b'reazzjoni għall-attakki terroristiċi reċenti. Il-pjan huwa msejjes fuq ir-regoli u l-prattiki eżistenti tal-UE u jadattahom għat-theddidiet ġodda f’konformità mal-istandards internazzjonali.
"Intrabatna li nipproċedu malajr bl-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ miżuri li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni”, qal Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u l-president tal-Kunsill. "Qbilna dwar xi miżuri li jmorru lil hinn mill-pjan ta’ azzjoni, bħall-implimentazzjoni mħaffa tad-direttiva dwar il-ħasil tal-flus u t-titjib ulterjuri fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-trażżin tal-finanzjament tat-terroriżmu."
Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jispeċifika fid-dettall għadd ta’ inizjattivi li għandhom jittieħdu u jiffissa l-iskadenzi għall-azzjoni. L-inizjattivi jinkludu:
- il-qasam tal-muniti virtwali;
- it-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni minn unitajiet tal-intelligence finanzjarja (FIUs), pereżempju informazzjoni dwar kontijiet bankarji u ta' pagament;
- miżuri xierqa dwar strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel:
- miżuri kontra ċaqliq ta' flus illeċitu.
Qed nittamaw li din l-iskeda ambizzjuża ser tikkonferma li l-UE tinsab fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tas-sena li għaddiet tal-OECD dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt. Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u l-president tal-Kunsill
Evitar tat-taxxa
Il-Kunsill kellu l-ewwel diskussjoni dwar pakkett ta’ proposti bil-għan li jissaħħu r-regoli tal-UE għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa korporattiva.
Il-pakkett huwa maħsub bħala reazzjoni koordinata għal prattiki fiskali aggressivi użati minn kumpaniji kbar. Huwa għandu wkoll l-għan li jimplimenta standards approvati mill-OECD.
Il-presidenza ffissat skeda ambizzjuża għall-ħidma fuq il-pakkett. Hija qed tipprevedi qbil politiku qabel Ġunju 2016 dwar:
- proposta biex jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mat-taxxa dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali;
- regoli proposti biex jindirizzaw uħud mill-prattiki l-aktar prevalenti tal-evitar tat-taxxa.
Il-ħidma ser titmexxa f’fażijiet, bit-tir li jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel direttiva f'Marzu u li jsir progress kemm jista' jkun malajr fl-elementi l-oħra.
Kwistjonijiet baġitarji tal-UE
Il-Kunsill stabbilixxa l-prijoritajiet tiegħu għall-baġit tal-UE għall-2017, waqt li appella għal baġit realistiku li joħloq bilanċ ġust bejn il-konsolidament fiskali u l-investimenti li jsaħħu t-tkabbir. Il-ministri talbu wkoll sabiex il-baġit tal-UE għall-2017 jibqa' flessibbli biżżejjed biex ilaħħaq mal-isfidi attwali u dawk futuri possibbli.
Il-Kunsill irrakkomanda lill-Parlament Ewropew biex jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2014. Ġie wkoll aġġornat minn Mario Monti, il-president tal-grupp ta’ livell għoli dwar ir-riżorsi proprji, dwar il-ħidma tal-grupp. Fit-13 u l-14 ta' Ġunju 2016 għandha ssir konferenza interistituzzjonali fi Brussell bil-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali kollha. L-inkarigu tal-grupp ta' livell għoli hu li jwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE sabiex jitjiebu s-sempliċità, it-trasparenza, l-ekwità u r-responsabbiltà demokratika.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tat-12 ta' Frar 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Frar 2016
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta’ Frar 2016
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Frar 2016
- Lista ta' partiċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
EU and Andorra sign deal on automatic exchange of tax data - 12/02/2016
Council conclusions on the budget guidelines for 2017 - 12/02/2016
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu - 12/02/2016
Emissjonijiet tal-vetturi f'kondizzjonijiet reali ta' sewqan: il-Kunsill japprova t-tieni pakkett - 12/02/2016
Schengen evaluation of Greece: Council adopts recommendation to address deficiencies in external borders - 12/02/2016
Tagħmir protettiv personali, apparat tal-gass u trasport bil-kejbil aktar sikuri: il-Kunsill jadotta regoli ġodda għall-UE kollha - 12/02/2016
L-UE ssaħħaħ id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza - 12/02/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025