"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 15/01/2016, 15 ta' Jannar 2016

Riżultati ewlenin

Prospetti ta’ tkabbir u żbilanċi makroekonomiċi

Il-Kunsill iddiskuta l-prospetti ta' tkabbir u l-iżbilanċi makroekonomiċi taħt is-"Semestru Ewropew", il-proċess annwali ta' koordinazzjoni tal-politika tal-UE.

Huwa adotta konklużjonijiet, u approva abbozz ta’ rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.

Il-prijoritajiet ta' politika għall-2016 huma l-investiment, ir-riformi strutturali u l-politiki fiskali responsabbli. Rigward l-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni hija mistennija li fi Frar tippubblika rieżamijiet fil-fond tas-sitwazzjoni fi 18-il stat membru.

Il-Kunsill qabel b’mod ġenerali mal-analiżi u l-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni fl-istħarriġ annwali tagħha dwar it-tkabbir. "Barra minn hekk għandna l-ħsieb li nsaħħu u nissimplifikaw is-Semestru Ewropew, kif propost mill-Kummissjoni, sabiex nistimolaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi”, qal Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u president tal-Kunsill.

L-abbozz ta’ rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro ser jiġi riferut lill-Kunsill Ewropew fi Frar, bil-ħsieb li jiġi adottat f’Marzu. Is-Semestru Ewropew 2016 ser jikkonkludi b’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi f’Lulju.

Irridu noħolqu l-aħjar kondizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku u prosperità dejjiema fl-UE, u biex iż-żona tal-euro tkun tiflaħ għall-iskossi , qal Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u president tal-Kunsill. 

Programm tal-presidenza

Il-Kunsill iddiskuta l-programm ta’ ħidma tal-Presidenza Netherlandiża.

Il-prijoritajiet tal-presidenza jinkludu:

  • it-tisħiħ tal-unjoni bankarja tal-UE;
  • l-iżvilupp ta’ unjoni tas-swieq kapitali tal-UE;
  • it-tisħiħ u s-simplifikazzjoni tal-proċess ta' koordinazzjoni tal-politika tas-Semestru Ewropew;
  • il-promozzjoni ta' azzjoni kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa.

Fost objettivi oħra li għandhom jiġu segwiti, il-Kunsill ser ikompli jaħdem biex tissaħħaħ aktar l-unjoni ekonomika u monetarja tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025