- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17/06/2016, 17 ta' Ġunju 2016
Riżultati ewlenin
Evitar tat-taxxa korporattiva
Il-Kunsill laħaq qbil ġenerali dwar abbozz ta’ direttiva li tindirizza l-evitar tat-taxxa korporattiva, suġġett għal proċedura ta’ silenzju li tintemm f’nofsillejl tal-20 ta’ Ġunju 2016.
L-abbozz ta’ direttiva jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-2015 tal‑OECD li jindirizzaw l‑erożjoni tal‑bażi tat‑taxxa u t‑trasferiment tal‑profitt (BEPS). Huwa jindirizza sitwazzjonijiet fejn gruppi korporattivi jieħdu vantaġġ minn differenzi bejn sistemi nazzjonali tat-taxxa sabiex inaqqsu r-responsabbiltà fiskali tagħhom.
Jekk il-ftehim jiġi kkonfermat, id-direttiva ser tiġi sussegwentement ippreżentata lill-Kunsill għall-adozzjoni.
“Huwa importanti ħafna li l-UE tkun fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, u llum ħadna pass importanti,” qal Jeroen Dijsselbloem, il-ministru għall-finanzi tan-Netherlands u president tal-Kunsill. “L-għan huwa li tkun żgurata implimentazzjoni koerenti tal-pjan ta’ azzjoni tal-OECD dwar il-BEPS, u li nittrasponu dan il-pjan f’liġi li torbot applikabbli madwar l-UE kollha.”
Tisħiħ tal-unjoni bankarja
Il-Kunsill qabel dwar ‘pjan direzzjonali’ għal aktar ħidma biex titlesta l-unjoni bankarja tal-UE.
Il-pjan direzzjonali jistabbilixxi prijoritajiet u miri għas-snin li ġejjin, f’termini kemm ta’ qsim tar-riskji u t-tnaqqis tar-riskji fis-settur bankarju kif ukoll ta' li jiġu indirizzati sfidi attwali.
Il-ħidma ser titmexxa fi tliet oqsma ewlenin:
- skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS);
- garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni;
- regolamenti bankarji bl-għan li jitnaqqsu r-riskji.
“Ir-riżultat għandu jkun unjoni bankarja aktar reżiljenti, li ssaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro u fl-UE kollha kemm hi,” qal is-Sur Dijsselbloem. “L-aspettattivi huma għolja, peress li l-unjoni bankarja hija wieħed mill-akbar suċċessi tal-UE, wara li tat kontribut essenzjali biex terġa’ tinbena l-fiduċja.”
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jipprovdu gwida dwar is-sekwenza tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, il-garanzija ta’ kontinġenza komuni u l-EDIS.
Defiċits, politiki ekonomiċi, l-unjoni tas-swieq kapitali, il-fondi tas-suq monetarju
Il-Kunsill għalaq proċeduri ta’ defiċit eċċessiv għal Ċipru, l-Irlanda u s-Slovenja.
Il-Kunsill approva rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-istati membri dwar il-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom.
Il-Kunsill qabel dwar ftehim dwar ir-regoli tal-prospetti għall-ħruġ u l-offerti ta’ titoli, parti minn pjanijiet usa’ għal unjoni tas-swieq kapitali.
Huwa qabel ukoll dwar abbozz ta’ regoli dwar il-fondi tas-suq monetarju, bl-għan li jagħmlu tali prodotti aktar robusti.
Streaming dirett, filmati u ritratti
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv - Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta’ Ġunju 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta’ Ġunju 2016
- Lista ta’ punti A, attivitajiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta’ Ġunju 2016
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta’ Ġunju 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta’ parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar pjan direzzjonali biex titlesta l-Unjoni Bankarja - 17/06/2016
Politika ekonomika u fiskali: Il-Kunsill japprova r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi - 17/06/2016
Ċipru, l-Irlanda u s-Slovenja: Defiċit taħt it-3 % tal-PDG, il-Kunsill jagħlaq il-proċeduri - 17/06/2016
Ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti tal-IT approvati mill-UE - 17/06/2016
Annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol: L-UE testendi s-sanzjonijiet b’sena - 17/06/2016
Swieq ta’ strumenti finanzjarji: Implimentat dewmien ta’ sena - 17/06/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025