"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 11/10/2016, 11 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Tibdil fil-klima - Aspetti ta’ finanzjament

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tibdil fil-klima bi tħejjija għat-22 konferenza tal-partijiet (COP22) għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-tibdil fil-klima, li ser issir f’Marrakech mis-7 sat-18 ta’ Novembru 2016.

Il-konklużjonijiet jikkostitwixxu l-mandat tal-UE għall-Konferenza ta’ Marrakech, li ser tiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ ftehim globali ġdid dwar il-klima li ntlaħaq f’COP21 f’Pariġi f’Diċembru 2015.

Il-konklużjonijiet jikkonċentraw fuq l-aspetti ta’ finanzjament tat-tibdil fil-klima. Fit-30 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill Ambjent adotta ukoll konklużjonijiet, li jkopru aspetti aktar ġenerali.

“It-tibdil fil-klima huwa mingħajr dubju sfida globali serja u azzjoni rapida tibqa’ prijorità ewlenija għall-UE. Il-finanzjament pubbliku għall-klima ser ikompli jkollu rwol ċentrali ", qal Peter Kažimír, il-ministru għall-finanzi Slovakk u president tal-Kunsill. Huwa żied: “Aħna kkonfermajna li l-UE tinsab impenjata li tagħti s-sehem tagħha tal-mira tal-pajjiżi żviluppati biex b’mod konġunt jimmobilizzaw 100 biljun dollaru fis-sena sal-2020 u mbagħad sal-2025 għall-mitigazzjoni u l-adattament, minn varjetà wiesgħa ta’ sorsi, strumenti u mezzi.”

Trasparenza fiskali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet bi tweġiba għal komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fiskali wara r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers f’April 2016.

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa kontinwa biex jiġi evitat il-ħabi tal-fondi fuq skala kbira, li jxekkel l-isforzi biex jitrażżnu l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Fil-komunikazzjoni tagħha ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rrakkomandat approċċ ikkoordinat għall-prevenzjoni tal-abbuż fiskali, kemm fil-livell tal-UE u kif ukoll f’dak internazzjonali. Filwaqt li sar progress fil-livell tal-UE, għad hemm xi lakuni u hija maħsuba aktar azzjoni.

Il-Kunsill approva wkoll il-ftehim ma' Monaco dwar it-tassazzjoni, li jagħti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa aċċess transkonfinali aħjar għall-informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji tar-residenti ta’ xulxin.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025