- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12/07/2016, 12 ta' Lulju 2016
Riżultati ewlenin
Il-Portugall u Spanja
Il-Kunsill sab li l-Portugall u Spanja ma kinux ħadu azzjoni effettiva f’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar miżuri biex jikkoreġu d-defiċits eċċessiv tagħhom.
Huwa kkonferma li dawn mhux ser ikunu naqqsu d-defiċit tagħhom għal taħt it-3% tal-PDG, il-valur ta' referenza tal-UE għad-defiċits tal-gvern, sal-iskadenza rakkomandata. U sab li l-isforz fiskali li sar miż-żewġ pajjiżi huwa ħafna inqas minn dak li kien rakkomandat.
Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ser jiskattaw sanzjonijiet skont l-Artikolu 126(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha 20 jum sabiex tirrakkomanda u l-Kunsill ser ikollu 10 ijiem biex japprova l-multi.
"Ninsab ċert li fl-aħħar ser ikollna riżultat għaqli u intelliġenti", qal Peter Kažimír, ministru għall-finanzi tas-Slovakkja u president tal-Kunsill.
Trasparenza fiskali, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu
Il-Kunsill adotta regoli ġodda li jindirizzaw prattiki ta' evitar tat-taxxa korporattiva, wara ftehim li ntlaħaq fil-21 ta' Ġunju 2016.
Id-direttiva tibbaża fuq rakkomandazzjonijiet tal-2015 tal‑OECD fir-rigward tal‑erożjoni tal‑bażi tat‑taxxa u t‑trasferiment tal‑profitt. Hija tindirizza sitwazzjonijiet fejn gruppi korporattivi jieħdu vantaġġ minn disparitajiet bejn sistemi nazzjonali tat-taxxa sabiex inaqqsu r-responsabbiltà fiskali tagħhom.
Il-Kunsill iddiskuta miżuri ulterjuri possibbli biex titjieb it-trasparenza tat-taxxa u jiġi evitat l-abbuż fiskali, abbażi ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni.
"Il-Presidenza tippjana li tagħmel progress fl-azzjoni biex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fix-xhur li ġejjin", qal is-Sur Kažimír. "M'hemmx għalfejn ngħidu li l-għexieren u mijiet ta’ miljuni ta’ euro li ntilfu minħabba l-frodi jew l-evitar tat-taxxa setgħu jiġu investiti fl-ekonomiji tagħna u rridu nindirizzaw din il-marda bil-mezzi kollha."
Il-Kunsill iddiskuta wkoll proposta biex jissaħħu r-regoli tal-UE maħsuba għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Il-proposta hija element ċentrali tar-rispons tal-UE għall-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa, kif ukoll għar-rivelazzjonijiet f'April 2016 tal-Panama Papers. Il-ħidma teknika ser tibda f’Lulju 2016, bl-għan li jkun hemm qbil fil-Kunsill fix-xhur li ġejjin.
Programm tal-presidenza
Il-Kunsill iddiskuta l-programm ta’ ħidma tal-Presidenza Slovakka.
"Irridu nżidu r-reżiljenza tal-UE fir-rigward tal-isfidi esterni u interni u nerġgħu nagħtu lura l-fiduċja liċ-ċittadini tagħna fil-proġett Ewropew", qal is-Sur Kažimír.
Il-prijoritajiet tal-presidenza jinkludu:
- approfondiment għaqli tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-UE;
- ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;
- unjoni tas-swieq kapitali tal-UE;
- unjoni bankarja;
- investiment;
- il-baġit ġenerali tal-UE għall-2017.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Lulju 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Lulju 2016
- Provisional agenda, Economic and Financial Affairs Council, 12 July 2016
- Nota ta' informazzjoni
- List of participants
Stqarrijiet għall-istampa
L-UE u Monaco jiffirmaw ftehim dwar l-iskambju awtomatiku ta’ data fiskali - 12/07/2016
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni tar-riformi ta’ Basel wara l-kriżi - 12/07/2016
Politika ekonomika, tal-impjiegi u fiskali: il-Kunsill joħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi - 12/07/2016
Proċedura ta' defiċit eċċessiv: Il-Kunsill isib li l-Portugall u Spanja ma ħadux azzjoni effettiva - 12/07/2016
Evitar tat‑taxxa korporattiva: adottati regoli ġodda - 12/07/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025