Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 25/05/2018, 25 ta' Mejju 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq il-proposti biex jitnaqqas ir-riskju fl-industrija bankarja, billi jissaħħu r-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' kapital u dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek.

Filwaqt li jimplimentaw ir-riformi li ntlaħaq qbil dwarhom fuq livell internazzjonali, il-proposti għandhom l-għan li jiżguraw li kwalunkwe sfida li fadal għall-istabbiltà finanzjarja tiġi indirizzata kif xieraq.

Fuq il-bażi tal-progress li sar fit-tnaqqis tar-riskji, il-ministri tennew l-impenn tagħhom għall-progress fil-komponenti kollha, fosthom il-qsim tar-riskji, imsemmijin fil-"pjan direzzjonali" tal-Kunsill dwar l-unjoni bankarja. Id-deċiżjonijiet biex nimxu 'l quddiem fuq il-garanzija ta' kontinġenza għall-fond uniku ta' riżoluzzjoni tal-UE ser jittieħdu f'Ġunju 2018.

“Il-ftehim dwar il-pakkett bankarju llum ser jippermettilna nagħmlu progress fuq elementi oħra tal-unjoni bankarja”, qal Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill.

“Il-ftehim tal-lum ser jibgħat sinjal pożittiv lis-suq. Għalhekk nittamaw li l-Parlament Ewropew dalwaqt ser ikun jista' jibda n-negozjati, li jippermettulna naqblu dwar dawn il-proposti u nimplimentawhom malajr kemm jista’ jkun,” huwa qal.

Il-Kunsill adotta regoli bil-għan li jagħtu spinta lit-trasparenza sabiex jipprevjenu l-ippjanar tat-taxxa transkonfinali aggressiv.

Id-direttiva hija mmirata lejn intermedjarji bħal konsulenti tat-taxxa, kontabilisti u avukati li jfasslu u/jew jippromwovu skemi tal-ippjanar tat-taxxa. Ser titlobhom jirrappurtaw skemi li huma potenzjalment aggressivi.

"Ir-regoli l-ġodda huma parti ewlenija mill-istrateġija tagħna biex niġġieldu kontra l-evitar tat‑taxxa korporattiva", qal is-Sur Goranov. "B'aktar trasparenza, ir-riskji jinstabu fi stadju aktar kmieni u jittieħdu l-miżuri biex jingħalqu l-lakuni qabel ma jintilef id-dħul."

Il-ministri qablu wkoll li l-Bahamas u Saint Kitts u Nevis jitneħħew mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, fid-dawl tal-impenji li saru fuq livell politiku għoli biex jinstab rimedju għat-tħassib tal-UE.

L-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom ser tiġi ssorveljata bir-reqqa.

Stabbilita f'Diċembru 2017, il-lista tal-UE qed tikkontribwixxi għall-isforzi li għaddejjin għall-prevenzjoni tal-frodi tat-taxxa u għall-promozzjoni ta' governanza tajba madwar id-dinja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025