"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 22/06/2018, 22 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill għalaq il-proċedura ta' defiċit eċċessiv għal Franza, li jikkonferma li d-defiċit tagħha niżel taħt il-valur ta' referenza tal-UE ta' 3 % tal-PDG.

Bħala konsegwenza, 23 mill-24 proċedura li kienu miftuħa fl-eqqel tal-kriżi tal-euro issa ngħalqu.

Minn issa 'l quddiem, Franza ser tkun soġġetta għall-parti preventiva tal-ġabra tar-regoli fiskali tal-UE.

Il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjonijiet lill-Ungerija u lir-Rumanija, li jappellawlhom biex jikkoreġu devjazzjonijiet sinifikanti mill-objettivi baġitarji fuq il-perjodu ta' żmien medju tagħhom. Huwa sab li r-Rumanija s'issa naqset milli tieħu azzjoni effettiva.

Il-ministri laħqu ftehim dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva sabiex titjieb il-prevenzjoni tal-frodi tal-VAT.

"It-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħna huwa essenzjali biex jitrażżnu l-frodi tat-taxxa", qal Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Qed jintilef għadd għoli u inaċċettabbli ta' dħul mill-VAT, u din id-direttiva ser tgħin issolvi l-problema."

Ir-regolament propost jindirizza l-aktar forom komuni ta' frodi transfruntieri. Huwa jixpruna l-iskambju ta' informazzjoni, isaħħaħ in-netwerk tat-taxxa Eurofisc u jintroduċi strumenti ġodda għall-kooperazzjoni fost l-istati membri.

Il-Kunsill adotta wkoll direttiva li tagħmel ir-rata standard minima tal-VAT ta' 15 % karatteristika permanenti tas-sistema tal-VAT, u approva ftehim bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-VAT man-Norveġja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025