"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 16 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Tassazzjoni diġitali

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali u t-triq 'il quddiem fir-rigward tal-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija. Id-diskussjoni saret qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Marzu, fejn il-mexxejja tal-UE huma mistennija wkoll jiddiskutu din il-kwistjoni.

Matul l-iskambju ta' fehmiet il-ministri ssottolinjaw it-tkomplija tal-appoġġ tagħhom għan-negozjati li għaddejjin fl-OECD, li għandhom l-għan li jiksbu soluzzjoni globali u bbażata fuq il-kunsens sa nofs l-2021. Ħadu nota tal-momentum, esprimew tama li jsir progress rapidu u enfasizzaw li huma lesti li jinvolvu ruħhom biex jintlaħaq ftehim globali. Il-ministri kkonfermaw ukoll li huma lesti li jeżaminaw soluzzjonijiet biex l-UE tindirizza l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni, jekk ma jsir ebda progress fil-format G20/OECD.

Il-Kummissjoni kkonfermat li qed taħdem fuq proposta leġiżlattiva għal "imposta diġitali", li ser tkun imfassla bħala sors ta' riżorsi proprji addizzjonali għall-UE. Enfasizzat li dan ikun strument separat li ma għandux ikun marbut mar-regoli tat-taxxa korporattiva li qed jiġu nnegozjati fil-G20/OECD.

Il-presidenza nnotat li l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2020 dwar it-tassazzjoni diġitali għadhom validi għat-triq 'il quddiem f'dan il-qasam.

L-istati membri kollha jaqblu li huwa fl-interess tagħhom li jingħata lok għan-negozjati li għaddejjin fl-OECD dwar ir-riforma tar-regoli tat-tassazzjoni korporattiva. Il-kisba ta' kunsens globali, f'kuntest multilaterali, hija l-aħjar triq 'il quddiem. Ikkonfermajna wkoll li aħna lesti nsibu soluzzjoni Ewropea, jekk ma jkunx hemm progress fit-taħditiet fil-livell tal-OECD. Qed nistennew b'interess proposta tal-Kummissjoni għal imposta diġitali, li għandha tkun strument separat, mhux marbut mar-regoli tat-taxxa korporattiva li qed jiġu nnegozjati fl-OECD. João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall

Irkupru ekonomiku fl-UE

Il-ministri evalwaw is-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi attwali. Segwew preżentazzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fl-UE u preżentazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-aħħar tbassir tiegħu.

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha "Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: Rispons tal-politika fiskali". Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-twettiq tal-politika fiskali fil-kuntest attwali ta' inċertezza u prospetti ta' rkupru. Ħadu nota sew tal-argumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Qablu li l-appoġġ fiskali ma għandux jiġi rtirat kmieni wisq, iżda fl-istess ħin li l-istati membri ser ikollhom jadattaw il-politiki tagħhom fi żmien opportun biex jiżguraw is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta' żmien.

Il-Kummissjoni mistennija tipprovdi gwida aktar dettaljata għall-politiki fiskali fil-pakkett tagħha tar-rebbiegħa tas-Semestru Ewropew.

Il-ministri evalwaw ukoll l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-progress fir-ratifika tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fi Frar, l-istati membri issa jistgħu jippreżentaw uffiċjalment il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni. Il-presidenza nnotat li bosta stati membri diġà jinsabu fi stadju avvanzat ta' tħejjija tal-pjanijiet tagħhom u fakkret li l-irkupru fl-Ewropa kollha ser jibbenefika mill-implimentazzjoni rapida tal-Faċilità. Il-Kummissjoni ssottolinjat l-oqsma fejn jenħtieġ aktar progress u enfasizzat il-ħtieġa għal allinjament sħiħ bejn l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali u r-regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-ministri ddiskutew ukoll il-prijoritajiet tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza wara l-iskambju ta' fehmiet tagħhom dwar il-pjanijiet f'Jannar u Frar.

João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall
L-istati membri ilhom jaħdmu qatigħ fuq il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom. Issa wasal iż-żmien li nżidu l-isforzi biex naslu għar-riżultati. Qed nistenna bil-ħerqa l-ewwel preżentazzjonijiet uffiċjali tal-pjanijiet nazzjonali fil-ġimgħat li ġejjin.
João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall
João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall

Pagamenti bl-imnut

Il-presidenza infurmat lill-ministri li, wara qbil li ntlaħaq fil-livell tekniku, huwa ppjanat li l-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar l-istrateġija dwar il-pagamenti bl-imnut, mingħajr diskussjoni, fil-laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tat-22 u t-23 ta' Marzu.

L-istrateġija ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fl-24 ta' Settembru 2020 u tiddefinixxi qafas komprensiv għall-iżvilupp ulterjuri tas-suq tal-pagamenti bl-imnut fl-UE. Fl-abbozz ta' konklużjonijiet, il-Kunsill jipprovdi mandat politiku b'saħħtu lill-Kummissjoni biex tmexxi 'l quddiem inizjattivi f'dan il-qasam, inkluż biex tippromwovi l-użu ta' soluzzjonijiet ta' pagament istantanju fl-UE kollha u biex takkumpanja l-iżvilupp ta' euro diġitali. Jenfasizza wkoll il-bosta sfidi li għandhom jiġu kkunsidrati, bħall-inklużjoni finanzjarja, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tad-data u l-aspetti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Punti oħra

Il-presidenza u l-Kummissjoni għarrfu lill-ministri dwar l-eżitu tal-laqgħata' Frartal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20. Il-presidenza għarrfet ukoll lill-ministri dwar it-tħejjijiet għal-laqgħat tar-rebbiegħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 u tal-Fond Monetarju Internazzjonali li għandhom isiru fil-ġimgħa tal-5 ta' April.

Il-ministri ħadu nota tas-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi u l-implimentazzjoni tad-direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Il-ministri tal-UE jridu sistema ta' tassazzjoni ġusta għall-kumpaniji kollha

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025