Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 14 ta' Marzu 2023

Riżultati prinċipali

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill iddiskuta kif il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-kapitoli REPowerEU jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika u jiżguraw l-indipendenza tal-Ewropa mis-sorsi tal-enerġija Russi fil-kuntest ta' inflazzjoni għolja u tfixkil fil-katina ta' provvista.

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapprova l-pjan rivedut għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Finlandja.

Governanza ekonomika

Il-Kunsill qabel fuq konklużjonijiet dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE. Il-konklużjonijiet fihom oqsma ta' konverġenza ta' fehmiet fost l-istati membri u oqsma għal aktar ħidma fuq qafas riformat. Dawn jikkostitwixxu gwida politika għall-Kummissjoni Ewropea għat-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi rilevanti.

Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Ir-regoli fiskali huma importanti u għandhom jibqgħu strument essenzjali fis-sett ta' għodod tal-politika ekonomika tagħna. Issa għandhom jiġu adattati għal dinja li qed tinbidel. Ninsab kuntenta ħafna li llum ilħaqna pass importanti. Wara diskussjonijiet intensi, qbilna dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill li jenfasizzaw l-oqsma ta' konverġenza ta' fehmiet bejnietna. Huma jipprovdu kontribut importanti għall-Kummissjoni, qabel il-proposti leġiżlattivi li jmiss. Illum juri li għal darb'oħra l-istati membri jistgħu jaqblu dwar kwistjonijiet importanti fil-politika ekonomika.
Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja
Illustrazzjoni tal-bini tal-Kunsill imdawwar b'ikoni differenti li jissimbolizzaw il-qafas ta' governanza ekonomika
Orjentazzjonijiet tal-Kunsill għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE (Infografika)

Orjentazzjonijiet tal-Kunsill għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE (Infografika)

Gwida għall-politika fiskali

Il-Kummissjoni ppreżentat il-gwida tagħha tal-politika fiskali għall-2024 lill-ministri bil-ħsieb li tinforma t-tħejjija mill-istati membri dwar il-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza. Il-ministri taw ir-reazzjonijiet inizjali tagħhom għal din il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni li ġiet ippubblikata fit-8 ta' Marzu.

Konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill qasam il-fehmiet tiegħu dwar il-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa ffoka b'mod partikolari fuq aspetti tas-suq finanzjarju relatati mal-enerġija.

Laqgħat internazzjonali

Il-presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-Kunsill dwar l-eżiti ewlenin tal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali li saret fl-24 u l-25 ta' Frar 2023. Il-Kunsill ta gwida għal aktar ħidma rigward it-tħejjijiet għal-laqgħa li jmiss tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali kif ukoll il-laqgħat tar-rebbiegħa tal-FMI tal-10-16 ta' April 2023.

Baġit tal-UE

Il-Kunsill approva l-linji gwida tiegħu għall-baġit għall-2024. Il-linji gwida approvati ser jipprovdu gwida politika lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-baġit għas-sena d-dieħla.

Il-Kunsill adotta wkoll rakkomandazzjoni dwar l-għoti ta' kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2021.

Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku)
Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku) (Infografika)

Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku) (Infografika)

Servizzi finanzjarji

Il-Kummissjoni ppreżentat is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-istatus tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Djalogu makroekonomiku fil-livell politiku (MEDPOL)

Fit-13 ta' Marzu, fil-marġini tal-ECOFIN, il-presidenza kellha l-laqgħa ta' djalogu makroekonomiku ta' kull sitt xhur fil-livell politiku mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025