Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 10 ta' Novembru 2023

Riżultati ewlenin

L-oqsma prijoritarji ewlenin tal-baġit tal-UE għall-2024 jinkludu l-koeżjoni, ir-reżiljenza, l-ambjent, is-suq uniku u l-innovazzjoni
Baġit tal-UE għall-2024: Oqsma ewlenin (Infografika)

Baġit tal-UE għall-2024: Oqsma ewlenin (Infografika)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew illum laħqu qbil dwar il-baġit annwali tal-UE għall-2024.

L-impenji totali huma stabbiliti għal €189 385,4 miljun. €360 miljun inżammu disponibbli taħt il-limiti massimi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali għall-2021-2027, li jippermettu lill-UE tirreaġixxi għal ħtiġijiet imprevedibbli.

Il-pagamenti totali jammontaw għal €142 630,3 miljun.

Ninsab kuntenta li wasalna għal ftehim dwar il-baġit tas-sena d-dieħla. Dan ser jagħtina l-mezzi biex niffukaw fuq l-oqsma ta’ prijorità tal-UE, filwaqt li nżommu biżżejjed flessibbiltà finanzjarja biex nirreaġixxu għal ċirkostanzi mhux previsti. Huwa jiżgura wkoll approċċ realistiku, filwaqt li jitqiesu is-sitwazzjoni ekonomika attwali, l-interessi tal-kontribwenti u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi ġodda li jistgħu jfeġġu fl-2024. Esperanza Samblás, Segretarju tal-Istat Spanjol u negozjatur ewlieni tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2024

Il-Parlament u l-Kunsill issa għandhom 14-il ġurnata biex japprovaw formalment il-ftehim li ntlaħaq. Il-Kunsill mistenni japprovah fl-20 ta' Novembru.

L-adozzjoni tal-baġit teħtieġ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, bi qbil mal-Parlament Ewropew (bażi legali: l-artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025