"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta' Jannar 2024

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-presidenza

Il-presidenza Belġjana ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel semestru tas-sena fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Vincent van Peteghem, Ministru għall-Finanzi tal-Belġju
Aħna impenjati li nagħmlu din presidenza ta' suċċess, li tiffinalizza aġenda ambizzjuża fi tmiem dan il-mandat tal-UE. Fost dawk il-fajls kollha, għandna tliet prijoritajiet ewlenin. L-ewwel nett, naturalment, ser niffukaw fuq ir-rieżami tal-governanza ekonomika u n-negozjati tat-trilogu mal-Parlament Ewropew. It-tieni, ser naħdmu fuq l-Unjoni Bankarja Ewropea u l-approfondiment ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. U t-tielet, il-presidenza Belġjana hija impenjata bis-sħiħ ukoll li tkompli tappoġġa lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ.
Vincent van Peteghem, Ministru għall-Finanzi tal-Belġju
Vincent van Peteghem, Ministru għall-Finanzi tal-Belġju

Il-Presidenza ser tiffoka fuq il-finalizzazzjoni tar-rieżami tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, fuq it-tkomplija tal-appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna, u fuq il-leġiżlazzjoni li tirregola l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Barra minn hekk, il-Presidenza ser taħdem biex tnaqqas id-diskrepanza tal-VAT, fuq ir-riżorsi proprji tal-UE, fuq it-tlestija tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), u fuq ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-Kodiċi Doganali kif ukoll ir-regoli tat-tassazzjoni għat-telexogħol transkonfinali.

Peress li waqt il-presidenza Belġjana ser ikun hemm l-għeluq ta' leġiżlatura tal-parlament Ewropew u l-bidu ta' oħra, hija ser taħdem biex tiffinalizza l-fajls ewlenin pendenti filwaqt li tistimula wkoll diskussjoni dwar l-istat ekonomiku tal-Unjoni u l-futur tagħha.

Semestru Ewropew 2024

Il-Kunsill beda l-proċess annwali tas-Semestru Ewropew għall-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u fiskali tal-istati membri. Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija 2024 u l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2024. Il-Kunsill approva wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-2024 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Ir-rakkomandazzjoni ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni fil-laqgħa tiegħu f'Marzu u wara ser tiġi adottata mill-Kunsill f'waħda mil-laqgħat tiegħu tal-Ecofin li jmiss.

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-ministri ħadu nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huma ngħataw aġġornament mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna u ddiskutew l-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Ukrajna u l-ħidma li għaddejja fuq l-użu ta' assi ffriżati u immobilizzati.

Laqgħa tal-G20

Il-ministri ser jipprovdu gwida għal aktar ħidma bil-ħsieb tal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali li ser issir mis-26 sad-29 ta' Frar 2024 f'São Paulo, il-Brażil. Il-Kunsill ta mandat lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju biex jiffinalizza t-Termini ta' Referenza tal-G20 tal-UE għal din il-laqgħa.

Servizzi finanzjarji

Il-presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025