"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 15 ta' Novembru 2024
Riżultati ewlenin
Il-baġit tal-Unjoni għall-2025
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew illum laħqu qbil dwar il-baġit annwali tal-UE għall-2025.
L-impenji totali huma stabbiliti għal €192 768.6miljun u l-pagamenti totali għal €149 615.7 miljun, esklużi l-approprjazzjonijiet previsti għal strumenti speċjali barra mill-QFP.
€800.5 miljun inżammu disponibbli din is-sena taħt il-limiti massimi tal-infiq tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali għall-2021-2027, li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal ħtiġijiet mhux prevedibbli.
Qbilna dwar baġit ibbilanċjat li jagħtina l-mezzi biex niksbu riżultati fl-oqsma ta' prijorità tal-UE, filwaqt li nżommu f'moħħna l-interess tal-kontribwenti. Il-baġit tas-sena d-dieħla jiżgura approċċ prudenti li jżomm biżżejjed flessibbiltà finanzjarja biex jirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti. Dan huwa approċċ realistiku li jqis il-kuntest ekonomiku u ġeopolitiku attwali u l-ħtieġa li jiġu akkomodati sfidi ġodda li jistgħu jinqalgħu fl-2025. Barra minn hekk, il-qbil jipprovdi l-finanzjament meħtieġ għar-rikostruzzjoni ta' pajjiżi milquta minn diżastri naturali.
Péter Banai, Ministru tal-Istat Ungeriż u negozjatur ewlieni tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2025
Il-Parlament u l-Kunsill issa għandhom 14-il ġurnata biex japprovaw formalment il-qbil li ntlaħaq. Il-Kunsill mistenni japprovah fl-25 ta' Novembru. L-adozzjoni tal-baġit teħtieġ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.