"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 18 ta' Frar 2025

Riżultati ewlenin

Kompetittività u titjib tal-ambjent tan-negozju tal-UE

Il-Kummissjoni ppreżentat l-inizjattivaBoxxla għall-Kompetittività li għandha l-għan li tmexxi l-ħidma tagħha fil-qasam tal-kompetittività.

Il-ministri komplew jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-kompetittività, is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent tan-negozju fl-Ewropa. Huma kkondividew l-impenn li jieħdu passi li tista' tittieħed azzjoni dwarhom lejn is-simplifikazzjoni bl-għan li tingħata informazzjoni intuwittiva lill-Kummissjoni meta tkun qed tfassal azzjoni ulterjuri.

Andrzej Domanski, ministru għall-finanzi tal-Polonja

Nilqa' tassew il-fatt li l-prijorità tagħna ta' simplifikazzjoni diġà ġabet riżultati prattiċi. Ser naħdmu bla heda mal-Kummissjoni u mal-istati membri biex inneħħu l-ostakli u nisfruttaw il-potenzjal intraprenditorjali tal-Ewropej.

Bħala ministri għall-finanzi tal-UE nisimgħu wkoll b'mod ċar li hemm qbil dejjem akbar biex in-nefqa fuq id-difiża u s-sigurtà tiżdied. Xogħolna huwa li nsibu mod effettiv u kredibbli biex nagħmlu dan.

Andrzej Domanski, ministru għall-finanzi tal-Polonja

Andrzej Domanski, ministru għall-finanzi tal-Polonja

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, abbażi ta' aġġornament mill-Kummissjoni, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi u s-sanzjonijiet tal-UE.

Baġit

Il-Kunsill approva l-linji gwida tiegħu għall-baġit annwali tal-UE għall-2026. Dawn ser iservu bħala referenza għall-Kummissjoni meta tkun qed tħejji l-baġit tas-sena d-dieħla.

Il-Kunsill adotta wkoll rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2023. Il-Kunsill jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni kif ukoll lill-aġenziji eżekuttivi, l-impriżi konġunti u korpi oħra.

Semestru Ewropew 2025

Filwaqt li avvanza l-ħidma fuq is-Semestru Ewropew 2025, il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2025 u qabel dwar ir-rakkomandazzjoni tal-2025 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

Qafas ta' governanza ekonomika

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-governanza ekonomika, il-Kunsill approva l-pjan fiskali strutturali fuq terminu medju tal-Ungerija u stabbilixxa l-perkors tan-nefqa netta tagħha.

Fil-qafas tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Ungerija għandha ttemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tagħha sal-2026.

L-Ungerija għandha tiżgura li r-rata ta' tkabbir nominali tan-nefqa netta ma taqbiżx l-4.3% fl-2025 u l-4.0% fl-2026.

Tassazzjoni

Il-Kunsill eżamina mill-ġdid il-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa u adotta l-lista mingħajr bidliet. Il-lista tikkonsisti mill-istess 11-il ġuriżdizzjoni bħal qabel:

Verżjoni testwali

LISTA

  • Samoa Amerikana
  • Anguilla
  • Fiġi
  • Guam
  • Palau
  • Panama
  • Russja
  • Samoa
  • Trinidad u Tobago
  • il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti
  • Vanuatu

Il-pajjiżi elenkati jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proċess ta' skrinjar tal-UE.

Il-lista aġġornata tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx tinkludi pajjiżi li jew ma ħadux sehem fi djalogu kostruttiv mal-UE dwar il-governanza tat-taxxa jew inkella naqsu milli jwettqu l-impenji tagħhom biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa.

Il-Kunsill adotta wkoll formalment regoli ġodda mmirati biex jissostitwixxu ċ-ċertifikati stampati attwali użati biex jiġu ddikjarati eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-UE b'formola elettronika ġdida, li ser tidħol fis-seħħ fl-2031. Matul perjodu tranżitorju ta' sena, l-istati membri ser ikunu jistgħu jużaw kemm il-verżjoni elettronika kif ukoll dik stampata.

Laqgħat internazzjonali - G20

Il-Kunsill approva t-termini ta' referenza tal-UE bil-ħsieb tal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 li ser issir fis-26 u s-27 ta' Frar 2025.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw pjanijiet modifikati għall-irkupru u r-reżiljenza, ippreżentati mil-Latvja u mill-Belġju.

Servizzi finanzjarji

Il-Presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, anke bil-ħsieb tal-possibbiltà li jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Frar 2025