- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10 ta' Diċembru 2024
Riżultati ewlenin
Riforma doganali
Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-progress tad-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar proposti għar-riforma tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE, abbażi ta' rapport ta' progress tal-presidenza. Il-preżentazzjoni kienet segwita minn diskussjoni.
L-Unjoni Doganali ilha fis-seħħ għal 56 sena, u tiffaċilita l-kummerċ filwaqt li tissalvagwardja s-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Ir-riforma tagħha kienet punt ewlieni fuq l-aġenda tal-Presidenza Ungeriża, bl-għan li jittejbu l-effiċjenza u r-reżiljenza fid-dawl ta' ambjent kummerċjali globali dejjem aktar dinamiku. Id-diskussjonijiet fil-Kunsill avvanzaw b'mod kostanti, u dan jirrifletti l-impenn tal-Presidenza Ungeriża li tixpruna l-progress f'dan il-fajl teknikament impenjattiv iżda strateġikament importanti.
Mihály Varga, ministru għall-finanzi tal-Ungerija
Tassazzjoni fuq l-enerġija
Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija u laqgħu l-progress li sar s'issa fuq din il-proposta.
Huma qasmu l-fehma li n-negozjati ġeneralment qed jimxu lejn bilanċ bejn l-ambizzjoni klimatika u l-ispeċifiċitajiet tal-istati membri, filwaqt li jqisu l-kompetittività tal-UE.
Fl-istess ħin, xi ministri appellaw għal orjentazzjoni ambjentali aktar b'saħħitha, filwaqt li oħrajn fakkru fl-importanza taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istati membri.
Qafas ta' governanza ekonomika
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-rieżami tal-governanza ekonomika, il-Kummissjoni ppreżentat lill-ministri abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjanijiet fiskali strutturali fuq terminu medju ta' 21 stat membru.
Il-pjanijiet fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju fihom perkorsi tan-nefqa netta li jridu jiġu approvati mill-Kunsill. Il-ministri kellhom l-ewwel skambju dwar il-pjanijiet illum. Il-Kunsill ser jaħdem biex jadotta rakkomandazzjonijiet malajr kemm jista' jkun kmieni s-sena d-dieħla.
Fil-kuntest tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, il-ministri kellhom l-ewwel skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-Belġju, Franza, l-Italja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Ungerija, dwar kif għandhom jirrimedjaw id-defiċits tagħhom. Il-Kunsill ser jimmira li jadotta rakkomandazzjonijiet malajr kemm jista' jkun is-sena d-dieħla.
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Il-ministri evalwaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw modifiki mmirati ppreżentati mill-Iżvezja, is-Slovenja, id-Danimarka u l-Belġju għall-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza.
L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna u l-implimentazzjoni tal-ftehim tal-G7 dwar self ta' $50 biljun (€45 biljun) lill-Ukrajna li għandu jiġi sservizzjat u mħallas lura minn flussi futuri ta' dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni ta' assi sovrani Russi.
- Assi immobilizzati: il-Kunsill japprova massimu ta' €35 biljun f'assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna u mekkaniżmu ġdid ta' self li jimplimenta l-impenn tal-G7 (stqarrija għall-istampa, 23 ta' Ottubru 2024)
- Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna (informazzjoni ġenerali)
- Ir-rispons tal-UE għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja (informazzjoni ġenerali)
Rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Tony Murphy, ippreżenta r-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2023. Dan huwa punt rikorrenti fuq l-aġenda tal-Kunsill ECOFIN.
Tassazzjoni
Il-Kunsill approva r-rapport biannwali tal-ECOFIN lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa.
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-progress li sar mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta.
Taħt punti mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta d-direttiva dwar it-taxxa f'ras il-għajn (FASTER), li tistabbilixxi proċeduri aktar sikuri u aktar rapidi biex jinkiseb ħelsien minn taxxa doppja. Id-direttiva għandha l-għan li tħeġġeġ l-investiment transfruntier u tgħin fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa.
Il-Kunsill laħaq ukoll qbil dwar direttiva li twitti t-triq għall-introduzzjoni ta' ċertifikat tat-taxxa elettroniku għall-eżenzjonijiet mill-VAT.
- Abbozz ta' rapport tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Tassazzjoni: il-Kunsill jadotta regoli ġodda għal proċeduri tat-taxxa f'ras il-għajn (FASTER) (stqarrija għall-istampa, 10 ta' Diċembru 2024)
- Tassazzjoni: il-Kunsill jintroduċi ċertifikat elettroniku ta' eżenzjoni mill-VAT (stqarrija għall-istampa, 10 ta' Diċembru 2024)
- Kif taħdem il-politika tat-tassazzjoni tal-UE (informazzjoni ġenerali)
- Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) (informazzjoni ġenerali)
Servizzi finanzjarji
Il-Presidenza ppreżentat lill-ministri s-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi attwali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Il-ministri ġew infurmati wkoll mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
Dawn huma punti rikorrenti fuq l-aġenda tal-ECOFIN.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Finanzi diġitali (informazzjoni ġenerali)
- X'qed tagħmel l-UE biex tapprofondixxi s-swieq kapitali tagħha (informazzjoni ġenerali)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġiżlattivi
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġiżlattivi
- Lista proviżorja ta' punti A, attivitajiet mhux leġiżlattivi, addizzjoni 1
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Lista proviżorja ta' punti A, addizzjoni 1
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Stqarrijiet għall-istampa
- Fond għall-irkupru u r-reżiljenza: il-Kunsill japprova l-pjanijiet emendati tal-Iżvezja, is-Slovenja, id-Danimarka u l-Belġju
- 10/12/2024
- Tassazzjoni: il-Kunsill jintroduċi ċertifikat elettroniku tal-eżenzjoni mill-VAT
- 10/12/2024
- Tassazzjoni: il-Kunsill jadotta regoli ġodda għal proċeduri tat-taxxa f'ras il-għajn (FASTER)
- 10/12/2024
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025