"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 8 ta' Ottubru 2024

Riżultati ewlenin

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri evalwaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).

Sal-lum, ġew żborżati €267 biljun, li jirrappreżentaw aktar minn 41% tal-ammont globali impenjat, li jgħin lill-istati membri jindirizzaw diversi sfidi ekonomiċi.

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw modifiki mmirati għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Litwanja u tal-Portugall.

Verżjoni testwali

Franza 76.6%

Danimarka 59.3%

Italja 58.4%

Estonja 52.9%

Malta 50.7%

Greċja 47.9%

Kroazja 44.7%

Slovakkja 41.7%

Unjoni Ewropea 41.1

Latvja 40.7%

Portugall 38.2%

Litwanja 35.2%

Rumanija 33.0%

Slovenja 31.3%

Awstrija 30.1%

Spanja 29.6%

Belġju 29.2%

Cekja 29.2%

Irlanda 28.1%

Finlandja 25.6%

Netherlands 23.9%

Bulgarija 22.2%

Ċipru 21.5%

Ġermanja 20.6%

Polonja 19.0%

Lussemburgu 13.4 %

Ungerija 8.8%

Żvezja 0.0%

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Kunsill ħa nota tas-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-Kummissjoni u l-presidenza infurmaw lill-ministri dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna, inkluż l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna u l-istat tal-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-G7 dwar self ta' madwar $50 biljun lill-Ukrajna li għandu jitħallas u jitħallas lura minn flussi futuri ta' dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani tal-Bank Ċentrali tar-Russja magħmula disponibbli għall-UE.

Semestru Ewropew

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar it-tagħlimiet meħuda miċ-ċiklu tal-2024 tas-Semestru Ewropew.

Mihály Varga, ministru għall-finanzi tal-Ungerija

It-tagħlimiet meħuda fid-diskussjoni tal-lum dwar is-Semestru Ewropew jenfasizzaw l-importanza li jinżamm il-bilanċ bejn kwistjonijiet fiskali u strutturali filwaqt li jittejbu t-trasparenza u l-viżibbiltà. B'aġġustamenti u kollaborazzjoni li jitwettqu bi ħsieb, nistgħu niżguraw li s-Semestru Ewropew ikompli jipprovdi gwida ċara u azzjonabbli lill-istati membri kollha, filwaqt li tixpruna progress sinifikanti fl-oqsma ta' politika kollha.

Mihály Varga, ministru għall-finanzi tal-Ungerija

Mihály Varga, ministru għall-finanzi tal-Ungerija

Laqgħat internazzjonali

Il-Kunsill approva t-termini ta' referenza tal-UE u d-Dikjarazzjoni tal-IMFC bil-ħsieb tal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 fit-23 u l-24 ta' Ottubru 2024 u l-laqgħat annwali tal-FMI.

Il-presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-ministri dwar ir-riżultati ewlenin tal-laqgħa tal-G20 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali li saret bejn il-25 u s-26 ta' Lulju 2024.

Finanzjament għall-klima

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-finanzjament għall-klima qabel il-laqgħa tal-konvenzjoni qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima (UNFCCC) f'Baku, l-Ażerbajġan, mill-11 ta' Novembru sat-22 ta' Novembru 2024 (COP 29).

Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jissottolinja li l-UE u l-istati membri tagħha huma impenjati għall-għan attwali tal-pajjiżi żviluppati li kollettivament jimmobilizzaw $100 biljun fis-sena f'finanzjament għall-klima sal-2025. Dan l-għan intlaħaq għall-ewwel darba fl-2022.

Il-Kunsill jenfasizza wkoll l-impenn qawwi tiegħu li jkompli jikseb riżultati fil-qasam tal-finanzjament għall-klima fil-futur u l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa l-ilħuq ta' għanijiet kwantitattivi kollettivi ġodda ambizzjużi wara l-2025.

Tassazzjoni: lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Il-Kunsill neħħa lil Antigua u Barbuda mil-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa. B'dawn l-aġġornamenti, il-lista issa tikkonsisti fi 11-il ġuriżdizzjoni.

Il-ministri rċevew aġġornament regolari tal-lista abbażi tal-ħidma fil-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi).

Konvenzjoni qafas tan-NU dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa

Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tal-UE u l-istati membri tagħha għad-79 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-abbozz tat-termini ta' referenza għal Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa.

Jekk jiġu adottati, it-termini ta' referenza jipprevedu li l-konvenzjoni qafas dwar trattat ġdid dwar it-taxxa tiġi żviluppata sal-2027. It-trattat tan-NU jeħtieġ li jiġi adottat mill-Assemblea Ġenerali, u wara dan jinfetaħ għall-iffirmar u r-ratifika għall-istati membri kollha.

Servizzi finanzjarji

Il-presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar is-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dawn huma punti rikorrenti fuq l-aġenda tal-ECOFIN.

Il-ministri approvaw ukoll il-punti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fil-lista ta' hawn taħt.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025