"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 21 ta' Jannar 2025

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-Presidenza

Il-presidenza Pollakka ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel semestru tas-sena bit-tema "Sigurtà, Ewropa!"

Andrzej Domanski, Ministru għall-Finanzi tal-Polonja

Wasal iż-żmien li jiġi żgurat li l-Unjoni tkun sigura u kompetittiva. Dan huwa partikolarment importanti f'ambjent li qed jinbidel globalment. Mingħajr ekonomija kompetittiva mhux ser ikollna Ewropa b'saħħitha. Jeħtieġ li nbaxxu l-prezzijiet tal-enerġija, nissimplifikaw radikalment l-ambjent tan-negozju u niżguraw li aktar kapital privat qed jidħol fl-ekonomija Ewropea. U l-aħħar iżda mhux l-inqas, jeħtieġ li ninvestu aktar fil-kapaċitajiet u t-tħejjija tad-difiża tagħna.

Andrzej Domanski, Ministru għall-Finanzi tal-Polonja

Andrzej Domanski, Ministru għall-Finanzi tal-Polonja

Taħt il-presidenza Pollakka, id-direzzjoni ewlenija tal-ħidma tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ser tkun li tiġi indirizzata l-isfida tat-tnaqqis fil-kompetittività tal-UE.

L-aktar oqsma importanti li fuqhom ser tiffoka l-presidenza huma s-simplifikazzjoni tas-suq uniku biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, il-ħidma fuq l-aspetti finanzjarji tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-UE u l-appoġġ lill-Ukrajna.

Il-presidenza Pollakka ser tibqa' impenjata li tiżgura appoġġ sostnut għall-Ukrajna u li tavvanza t-tħejjijiet biex tiffinanzja l-isforzi ta' rikostruzzjoni tagħha.

Il-kompetittività u l-piż regolatorju

Il-ministri ħadu sehem f'dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-iżgurar ta' ambjent kummerċjali kompetittiv fuq livell globali fl-Ewropa permezz tas-simplifikazzjoni, anqas burokrazija u tnaqqis tal-piż regolatorju.

Il-ministri appoġġaw bil-qawwa l-prospett li jitnaqqsu u jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta' rappurtar għan-negozji u esprimew impenn kondiviż għal passi sinifikanti lejn simplifikazzjoni regolatorja għall-kumpaniji, bħala mod effettiv biex tittejjeb il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE.

Il-ministri stennew b'interess il-proposta ppjanata tal-Kummissjoni għal "pakkett ta' simplifikazzjoni Omnibus" li għandu l-għan li jissimplifika u jnaqqas il-piż regolatorju fuq in-negozji.

L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fil-preżenza tal-Ministru għall-Finanzi tal-Ukrajna Sergii Marchenko.

Il-Kummissjoni infurmat dwar is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fl-Ukrajna, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna u l-implimentazzjoni tal-ftehim tal-G7 dwar self ta' $50 biljun (€45 biljun) lill-Ukrajna li għandu jiġi sservizzjat u mħallas lura minn flussi futuri ta' dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni ta' assi sovrani Russi.

Qafas ta' governanza ekonomika

Il-Kunsill adottat rakkomandazzjonijiet rigward il-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju ta' 21 stat membru fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-qafas ta' governanza ekonomika: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta. in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.

Il-Kunsill adotta wkoll rakkomandazzjonijiet għal seba' stati membri li bħalissa jinsabu taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv biex jieħdu azzjoni effettiva biex jikkoreġu d-defiċit tagħhom f'perjodu ta' żmien definit. Dawn il-pajjiżi huma l-Belġju, Franza, l-Italja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u r-Rumanija.

Ir-rakkomandazzjonijiet skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv fihom perkors baġitarju korrettiv u skadenza għal kull stat membru. Il-perkorsi baġitarji fil-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju u dawk taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv huma allinjati.

Semestru Ewropew 2025

Filwaqt li tmexxi 'l quddiem il-ħidma fuq is-Semestru Ewropew 2025, il-Kummissjoni ppreżentat ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija tal-2025 u l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw emendi mmirati ppreżentati minn Ċipru, il-Greċja u Spanja għall-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza.

Servizzi finanzjarji

Il-Presidenza ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Punti oħra

Taħt punti mingħajr diskussjoni, il-Kunsill ħatar lis-Sa Bruna Szego bħala l-President tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus. Il-Kunsill adotta regolament dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Frar 2025