"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 3 ta' Marzu 2014

Il-Kunsill jiffoka fuq il-klima, l-enerġija u l-OĠM

Il-ministri tal-UE għall-ambjent iddiskutew il-qafas ta' politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija u kellhom skambju ta' fehmiet dwar proposta rigward organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM).

Il-ministri qablu li d-dibattitu dwar il-qafas tal-2030 kien meħtieġ billi l-investituri, in-negozji u ċ-ċittadini jridu ċarezza u prevedibbiltà fir-rigward ta' politiki futuri dwar il-klima u l-enerġija.

"Il-qafas ta' politika propost tal-2030 huwa bażi soda għad-diskussjoni. Kellna l-ewwel serje ta' skambju ta' fehmiet li kienet interessanti u utli ħafna mal-ministri għall-ambjent li ser ikomplu għada mal-kollegi tagħna tal-enerġija," qal Yannis Maniatis, ministru Grieg għall-ambjent, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, li ppresieda l-laqgħa.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni għal qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perijodu 2020-2030 huwa li tingħata spinta lill-progress kontinwu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u sistema ta' enerġija kompetittiva u sikura.

Il-presidenza ser tagħti rapport dwar l-eżitu tad-diskussjoni ministerjali lill-President tal-Kunsill Ewropew. Il-Klima u l-enerġija ser ikunu fost il-kwistjonijiet diskussi fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-20-21 ta' Marzu 2014.

Qafas tal-2030 għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija

L-elementi ewlenin tal-qafas propost jinkludu:

  • il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra għal 40% taħt il-livelli tal-1990, li għandha tinkiseb biss permezz ta' miżuri domestiċi (mingħajr l-użu ta' krediti internazzjonali)
  • il-mira li l-enerġija rinnovabbli tkun tal-inqas 27% tal--konsum tal-enerġija, bi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-objettivi nazzjonali
  • l-effiċjenza enerġetika bħala komponent ewlieni tal-qafas tal-2030: iktar tard fl-2014 ser isir rieżami tad-direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Organiżmi ġenetikament modifikati

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' regolament li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom. L-iskambju ta' fehmiet ikkonferma r-rieda tal-istati membri biex jerġgħu jinfetħu diskussjonijiet dwar il-proposta leġislattiva abbażi tat-test ta' kompromess tal-presidenza.

L-ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew

Bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa, il-ministri ddiskutew ukoll l-Istħarriġ Annwali tal-2014 dwar it-Tkabbir. Id-dibattitu ffoka fuq kif tista' tittejjeb l-applikazzjoni ta' prijoritajiet tal-ekonomija ekoloġika fi programmi nazzjonali ta' riforma u fiċ-ċiklu globali tas-Semestru Ewropew.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025