- Kunsill Ambjent
Kunsill Ambjent, 17/12/2014, 17 ta' Diċembru 2014
Il-Kunsill jilħaq qbil politiku dwar l-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti
Imlaqqgħin fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 2014, il-ministri tal-UE għall-ambjent laħqu qbil politiku dwar regoli ġodda għall-UE kollha għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti.
It-trasport marittimu internazzjonali huwa attwalment l-uniku mezz ta' trasport mhux inkluż fl-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti huwa l-ewwel pass f'approċċ fi stadji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra f'dan is-settur ukoll.
Ser tiġi adottata pożizzjoni komuni formali fi stadju aktar tard, wara li l-ġuristi-lingwisti jkunu ċċekkjaw it-test.
Basktijiet tal-plastik
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar abbozz ta' direttiva għat-tnaqqis tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart tal-basktijiet tal-plastik.
Skont il-liġi l-ġdid tal-UE l-gvernijiet ser ikollhom jagħżlu jekk idaħħlux imposta fuq basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss sal-aħħar tal-2018 jew jeħdux miżuri biex inaqqsu l-użu tagħhom.
Ser tiġi adottata pożizzjoni komuni formali fi stadju aktar tard, wara li l-ġuristi-lingwisti jkunu ċċekkjaw it-test.
Punti ewlenin oħrajn fuq l-aġenda
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar abbozz ta' direttiva għal-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni. Il-ministri wkoll:
- iddiskutew il-programm ta' ħidma tal-2015 tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari u l-pakkett dwar l-arja nadifa
- ikkonfermaw qbil politiku dwar il-pakkett ta' ratifika tal-emenda ta' Doha, bil-ħsieb li jippermetti r-ratifika u l-implimentazzjoni teknika tiegħu
- iddiskutew is-sitwazzjoni attwali dwar abbozz ta' deċiżjoni għall-istabbiliment ta' riżerva ta' stabbiltà tas-suq għall-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaTagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Peristera Dimopoulou Press officer
- +32 471 33 53 26
- +32 2 281 61 56
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ENVI
Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025