"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 28/10/2014, 28 ta' Ottubru 2014

Il-Kunsill jappella għal strateġija Ewropa 2020 aktar 'ekoloġika'

Fil-laqgħa tagħhom fil-Lussemburgu tat-28 ta' Ottubru, il-ministri għall-ambjent adottaw konklużjonijiet dwar l-'ekoloġizzazzjoni' tas-Semestru Ewropew u l-istrateġija Ewropa 2020.

Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu li ekonomija aktar ekoloġika tikkontribwixxi għal prosperità fit-tul, u jenfasizzaw il-bżonn ta' transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. B'mod partikolari, huma jenfasizzaw il-bżonn ta':

  • integrazzjoni aħjar tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-istrateġija Ewropa 2020, permezz tal-introduzzjoni ta' mira aspirattiva li ma tkunx vinkolanti
  • kunsiderazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-potenzjal għal impjieg ekoloġiku fis-Semestru Ewropew
  • twettiq ta' rappurtar aktar strutturat u regolari dwar il-ħiliet ekoloġiċi, l-impjiegi u t-tkabbir bħala parti mir-rapport konġunt dwar l-impjiegi anness għall-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir
  • aktar żvilupp tad-definizzjoni ta' impjiegi ekoloġiċi, biex jiġi evitat li tiġi limitata għall-impjiegi fis-'setturi ekoloġiċi'
  • titjib tal-metodoloġija tal-kejl biex jitqies aħjar il-progress lejn l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fil-livell nazzjonali
  • żvilupp ta' sistema għall-analiżi tas-servizzi tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità u l-ekosistema li jipprovdu (il-capita naturali tal-UE)
  • provvediment ta' rwol imsaħħaħ tal-ministri tal-ambjent fis-Semestru Ewropew

Dawn il-konklużjonijiet huma parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija 2020. Flimkien mad-dibattiti f'konfigurazzjonijiet oħrajn tal-Kunsill, dawn ser ikunu l-bażi għal rapport ta' sintesi li għandu jiġi approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru.

Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda

Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu dwar direttiva proposta dwar il-ġestjoni tal-iskart. Huwa kkonċentra fuq il-livell ta' ambizzjoni tal-proposta, il-bżonn ta' aktar ħidma fuq xi wħud mill-miżuri inklużi u l-kunsiderazzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart u l-kwistjonijiet tal-użu mill-ġdid.

Il-ministri ddiskutew kif għandu jsir progress fil-qafas ta' politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 maqbul minn Kunsill Ewropew il-ġimgħa li għaddiet. Huma adottaw ukoll konklużjonijiet li jiddefinixxu l-pożizzjoni tal-UE għall-konferenza ta' Lima, li ser tiġbor flimkien il-partijiet fil-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima.

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025