"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 12 ta' Ġunju 2014

Il-Kunsill jilħaq qbil politiku dwar ir-regoli l-ġodda għat-tkabbir tal-OĠM

Imlaqqgħin fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju, il-ministri fil-Kunsill adottaw it-test ta' qbil politiku dwar l-abbozz ta' direttiva dwar l-OĠM u kellhom dibattiti ta' orjentazzjoni dwar il-qafas 2030 u l-pakkett dwar l-arja nadifa

Kultivazzjoni tal-OĠM

L-abbozz ta' direttiva dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) tipprovdi bażi legali għall-istati membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fuq it-territorju tagħhom għal raġunijiet li mhumiex konsiderazzjonijiet dwar is-saħħa jew l-ambjent.

Il-proposta, ippreżentata mill-Kummissjoni f'Lulju 2010, tapplika għall-OĠM li huma awtorizzati jew taħt awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE. Raġunijiet possibbli li jistgħu jintużaw mill-istati membri biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-OĠM jinkludu: raġunijiet soċjoekonomiċi, l-użu tal-art u l-ippjanar tal-ibliet, l-objettivi tal-politika agrikola u kwistjonijiet ta' politika pubblika.

Il-qbil politiku tal-Kunsill itemm bosta snin ta' negozjati dwar l-abbozz ta' direttiva u ser jippermetti l-adozzjoni formali tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Il-presidenza Taljana li jmiss imbagħad hija mistennija tibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew kmieni fil-ħarifa tal-2014 .

Qafas 2030

Il-Kunsill kellu dibattitu pubbliku ta' orjentazzjoni dwar il-qafas għall-politika għall-klima u l-enerġija għall-2030. Id-dibattitu kien strutturat madwar żewġ kwistjonijiet - ir-rwol tas-setturi ekonomiċi differenti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, u l-investiment meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-qafas. L-għan tad-diskussjonijiet kien li jgħin fid-definizzjoni tal-aspetti tal-pakkett finali.

Il-mexxejja tal-UE ser jieħdu kont tal-progress globali tal-qafas fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew fis-26-27 ta' Ġunju, b'deċiżjoni finali mistennija sa Ottubru 2014.

Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda

Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu pubbliku ta' orjentazzjoni dwar żewġ elementi tal-pakkett dwar l-arja nadifa : emissjonijiet minn impjanti medji tal-kombustjoni, u tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-ambitu tal-abbozz ta' direttivi.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika bi tħejjija għal-laqgħat li jmiss fil-Korea t'Isfel f'Ottubru 2014.

Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar is-sitwazzjoni attwali ta' diversi proposti leġislattivi, li jinkludu:

  • ir-regolament propost dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu
  • il-konklużjoni tal-emenda ta' Doha għall-protokoll ta' Kjoto
  • id-direttiva proposta biex jitnaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik ħfief

Il-presidenza Taljana li jmiss tal-Kunsill ippreżentat ukoll il-programm ta' ħidma tagħha dwar l-ambjent.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025