"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 01/12/2014, 1 ta' Diċembru 2014

Il-Kunsill jiddiskuti s-sigurtà u l-innovazzjoni fl-apparati mediċi

Il-ministri tas-saħħa ltaqgħu fi Brussell fl-1 ta' Diċembru u ddiskutew abbozz ta' leġislazzjoni li għandha l-għan ittejjeb is-sigurtà tal-apparati mediċi u in vitro fl-UE.

Apparati mediċi u in vitro fl-UE

Fis-suq hemm aktar minn 500 000 apparat mediku u in vitro.

Is-settur jimpjega aktar minn 500 000 ruħ  f’madwar  25 000 kumpannija, li ħafna minnhom huma impriżi mikro, żgħar u medji.

Dawn jiġġeneraw kważi  EUR 100 biljun  f’bejgħ annwali fis-suq Ewropew u jinvestu ħafna fir-riċerka u l-iżvilupp. Madwar  6-8%  tal-bejgħ annwali tal-apparati mediċi u  10%  tal-bejgħ annwali tal-apparati in vitro kull sena jiġi investit mill-ġdid fir-riċerka.   

Apparati mediċi

Il-ministri ddiskutew il-progress f'taħditiet fuq 2 abbozzi ta' regolamenti dwar apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, li tressqu mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-leġislazzjoni proposta għandha l-għan li timmodernizza r-regoli biex tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u jkun aċċertat li l-apparati jkunu sikuri u jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-UE kollha. Hija tfittex li żżid l-iskrutinju tal-apparati qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq u ssaħħaħ il-monitoraġġ wara li jsiru disponibbli. L-abbozz ta' leġislazzjoni jkopri firxa wiesgħa ta' prodotti: minn stikek għal feriti ħfief u testijiet tat-tqala sa magni tal-X-ray u prodotti dijanjostiċi in vitro.

Ir-rapport tal-progress, li tfassal mill-presidenza Taljana, jindika l-punti fejn tinħtieġ aktar diskussjoni biex jinstab qbil dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill. Dawn jinkludu:

  • sistema unika għall-identifikazzjoni tal-apparati, li tħaffef l-irtirar ta' prodotti difettużi u tgħin fil-ġlieda kontra apparati foloz
  • hekk imsejħa 'korpi notifikati', bħal laboratorju jew awtorità nazzjonali tal-istandards, li jivverifikaw jekk l-apparati jissodisfawx l-istandards applikabbli
  • ir-rwol tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-apparati mediċi, li qed jiġi propost ser jinkludi l-valutazzjoni ta' apparati ta' riskju għoli qabel ma dawn jidħlu fis-suq
  • sorveljanza ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni

Wara li jsiru diskussjonijiet, il-presidenza biħsiebha tabbozza test li jista' jintuża mill-presidenza Latvjana, li tibda f'Jannar, biex tikkonkludi l-ħidma fuq il-proposta.

Tilqim

F'konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala mezz effettiv għas-saħħa pubblika, il-Kunsill talab lill-istati membri sabiex:

  • itejbu l-pjanijiet għat-tilqim f'pajjiżhom
  • jieħdu ħsieb li l-evalwazzjonijiet tat-tilqim isiru b'mod trasparenti
  • joffru t-tilqim it-tajjeb lill-gruppi riskjużi  

Il-konklużjonijiet appellaw ukoll għal aktar riċerka u innovazzjoni biex jiġi żviluppat tilqim ġdid. Bl-istess idea, stiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi fondi tal-UE għal dak l-iskop.

Is-sigurtà tal-pazjenti u l-innovazzjoni

F'ġabra ta' konklużjonijiet dwar is-sigurtà tal-pazjenti u l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-pazjenti, il-ministri talbu lill-istati membri biex:

  • jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persunal tal-kura tas-saħħa dwar is-sigurtà tal-pazjenti
  • jiżviluppaw rappurtar mingħajr attribuzzjoni tat-tort mill-persunal tal-kura tas-saħħa jew il-pazjenti u trattament tal-iżbalji mingħajr attribuzzjoni tat-tort
  • isaħħu l-programmi għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet
  • iħeġġu lill-pazjenti u l-familji tagħhom biex ilissnu fehmithom dwar it-trattament tagħhom     

Appellaw ukoll biex jitħaffu l-proċeduri tal-valutazzjoni u l-approvazzjoni ta' mediċini ġodda.

Analiżi ta' Ewropa 2020

Il-ministri ddiskutew kif l-investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinu fil-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020. Imnedija fl-2010, l-istrateġija ffissat ħames miri dwar l-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, u l-klima u l-enerġija li għandhom jintlaħqu sal-2020. 

Għadd ta' ministri ssuġġerew li r-rwol tal-istat tajjeb tas-saħħa tal-Ewropej fil-kisba tal-miri tal-istrateġija, bħall-impjiegi jew ir-riċerka, għandu jkun rifless aħjar. Madankollu, il-ministri ma appoġġawx l-idea li tinħoloq mira speċifika ġdida marbuta mas-saħħa.      

Id-diskussjonijiet tal-ministri kienu ċċentrati madwar għadd ta' kwistjonijiet:

  • metodi ta' investiment f'sistemi għall-kura tas-saħħa
  • il-ħtieġa ta' aktar azzjoni tal-UE biex tittratta d-differenzi fil-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa

Ir-riżultat tad-diskussjonijiet tal-ministri ser jikkontribwixxi għar-rapport li l-presidenza Taljana ser tippreżenta lill-mexxejja tal-UE mlaqqgħin fis-summit ta' Diċembru. Ir-rapport ser jiggwida lill-Kummissjoni Ewropea fit-titjib tal-implimentazzjoni tal-istrateġija.  

Il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni pubblika dwar l-analiżi tal-istrateġija f'Mejju u mistennija tressaq proposti speċifiċi kmieni fl-2015. 

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025