"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-konklużjonijiet tal-lum jaffermaw mill-ġdid li l-kwistjoni tal-AMR hija prijorità ewlenija għall-UE. L-istati membri għandhom jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-AMR, iżda jeħtieġ li jagħmlu aktar fil-livell nazzjonali - jiżviluppaw antimikrobiċi ġodda, inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi u jżidu l-fehim dwar kwistjonijiet relatati mal-AMR tal-pubbliku u tal-professjonisti fil-kura medika.
Sorina Pintea, Ministru għas-Saħħa tar-Rumanija
Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar modi li jiżguraw l-aktar użu effettiv ta' fondi tal-UE għall-investimenti relatati mas-saħħa.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-presidenza kienet ħejjiet id-dibattitu fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-għodod ġodda ta' finanzjament tal-UE li ser jiġu stabbiliti taħt il-baġit tal-UE li jmiss.
Affarijiet oħra
Id-delegazzjoni Irlandiża u dik Ġermaniża taw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 dwar apparat mediku (MDR).
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Finlandiża li jmiss fil-qasam tas-saħħa.
Punti ewlenin mill-Kunsill EPSCO (Kwistjonijiet ta' saħħa) tal-14 ta' Ġunju 2019
Impjiegi u Politika Soċjali (il-Ħamis 13 ta' Ġunju 2019)
Il-ministri kellhom dibattitu pubbliku ta' orjentazzjoni dwar l-aspetti tal-impjiegi u l-politika soċjali tas-Semestru Ewropew 2019, abbażi ta' nota mħejjija mill-Kumitat tal-Impjiegi (EPSCO) u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS). L-eżitu tad-diskussjonijiet ser jipprovdi kontribut għad-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju.
Id-dibattitu ġie bbażat fuq mistoqsijiet imħejjija mill-presidenza.
Il-Kunsill ħa nota ta' rapport ta' progress rigward il-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
It-tnaqqis tad-d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jibqa' prijorità għall-UE u l-istati membri tagħha. Iżda fil-livell ta' 16%, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE għadha relattivament għolja. Jeħtieġ li nagħmlu aktar milli nintroduċu paga ugwali għal xogħol ugwali. Jeħtieġ li niżguraw l-ugwaljanza fl-edukazzjoni, iżda wkoll kundizzjonijiet għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
Marius-Constantin Budai, Ministru għax-Xogħol u l-Ġustizzja Soċjali tar-Rumanija
Il-ministri adottaw konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.
Bratislava (is-Slovakkja) ntgħażlet biex tospita s-sede tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) futura. Id-deċiżjoni dwar is-sede tal-ELA ttieħdet bi qbil komuni tar-rappreżentanti tal-istati membri wara li ttieħed vot fil-marġini tal-Kunsill.
Il-Presidenza pprovdiet informazzjoni dwar żewġ proposti leġislattivi attwali:
Regolament dwar l-Istatistika Soċjali Ewropea
Reviżjoni tar-Regolamenti dwar il-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (883/04 u 987/09).
Il-ħidma fuq iż-żewġ fajls ser titkompla taħt il-Presidenza Finlandiża li jmiss.
Id-delegazzjoni Maltija infurmat lill-ministri dwar il-prijoritizzazzjoni tal-ibbaġitjar għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.