Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 05/10/2015, 5 ta' Ottubru 2015

Riżultati prinċipali

Greċja 

Il-Grupp tal-Euro laqa’ lill-Ministru għall-Finanzi Grieg Euclid Tsakalotos, li nħatar mill-ġdid fil-kariga wara l-elezzjonijiet fil-Greċja fl-20 ta’ Settembru 2015. Imbagħad, id-diskussjoni ffukat fuq it-triq’ il quddiem fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku ġdid tal-Greċja.

F’dan il-kuntest, il-Grupp tal-Euro approva l-ewwel sett ta’ żviluppi importanti, li jeħtieġ li jiġu implimentati mill-Greċja sabiex tirċievi ħlas ta’ €2 biljun. Dan l-ammont huwa sub-tranche tat-€3 biljun li għadhom ma tħallsux mill-ewwel tranche ta’ €26 biljun, kif maqbul fil-programm.

Il-Grupp tal-Euro ħeġġeġ lill-Greċja biex tilħaq qbil mal-istituzzjonijiet dwar it-tieni sett ta’ żviluppi importanti fil-ġimgħat li ġejjin. L-implimentazzjoni b’suċċess tat-tieni sett ta’ żviluppi importanti għandha tiżblokka l-ħlas ta’ €1 biljun li jifdal.

Il-Grupp tal-Euro appella lill-awtoritajiet Griegi biex jikkooperaw mill-qrib u b’mod kostruttiv mal-istituzzjonijiet sabiex ilestu l-ewwel analiżi tal-implimentazzjoni tal-programm b’suċċess u malajr.

L-ewwel reviżjoni mistennija li tibda f’Ottubru 2015.

Riformi fis-settur tas-servizzi fil-pajjiżi taż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro qabel li jinħtieġu aktar sforzi biex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi. Il-Ministri ser jiddiskutu din il-kwistjoni għal darb’oħra ladarba l-Kummissjoni Ewropea tkun ippreżentat l-istrateġija l-ġdida tagħha għas-suq uniku.

Politika f’ambjent ta’ rati baxxi ta’ mgħax

Il-Grupp tal-Euro kkonferma li l-istati membri taż-żona tal-euro għandhom jużaw il-qligħ mhux mistenni mir-rati baxxi tal-imgħax li hemm bħalissa fuq id-dejn tal-gvern primarjament għal konsolidazzjoni fiskali, u - skont is-sitwazzjoni speċifika tagħhom - għal investiment jew riformi strutturali.

Abbozz ta’ pjanijiet baġitarji għall-2016

Il-Grupp tal-Euro kellu l-ewwel diskussjoni dwar il-proċess rigward l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tal-2016. L-istati membri taż-żona tal-euro mitluba jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom sal-15 ta’ Ottubru bħala parti mill-qafas ta' sorveljanza fiskali taż-żona tal-euro. 

Il-Grupp tal-Euro ser jorganizza diskussjoni approfondita dwar l-abbozzi kollha tal-pjanijiet baġitarji fit-23 ta’ Novembru, abbażi tal-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025