- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 09/11/2015, 9 ta' Novembru 2015
Riżultati prinċipali
Unjoni bankarja: preżentazzjoni mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (BUR) Elke König ippreżentat il-ħidma organizzattiva li wettaq il-BUR bil-ħsieb li mill-1 ta' Jannar 2016 jieħu r-rwol sħiħ bħala l-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-banek li jappartjenu għall-unjoni bankarja.
Il-ministri kienu assigurati mill-ġdid li t-tħejjijiet kienu għaddejjin skont kif ippjanat.
Il-Greċja
L-istituzzjonijiet u l-Ministru Grieg għall-Finanzi Euclid Tsakalotos infurmaw lill-Grupp tal-Euro dwar it-triq 'il quddiem rigward l-implimentazzjoni tal-programm Grieg tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), li kien ġie maqbul f'Awwissu li għadda. Il-Grupp tal-Euro ddiskuta wkoll ir-riżultati tal-valutazzjoni komprensiva tal-erba' banek ewlenin Griegi, imwettqa mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Il-Grupp tal-Euro appella lill-awtoritajiet Griegi biex, matul il-ġimgħa jiffinalizzaw il-miżuri dwar is-settur finanzjarju, kif ukoll il-leġislazzjoni maqbula skont l-ewwel sett ta' objettivi. Dan għandu jiżblokka l-iżborż ta' €2 biljuni mill-MES u t-trasferiment tal-fondi meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju Grieg mill-€10 biljuni previsti skont il-programm.
L-ammont ta' €10 biljuni kien rilaxxat qabel f'kont segregat tal-MES, u jista' jiġi ttrasferit biss fil-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF) ladarba jiġu osservati l-kondizzjonijiet maqbula. Il-Grupp tal-Euro ta mandat lill-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG) biex jevalwa l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija hawn fuq sa mhux aktar tard mill-bidu tal-ġimgħa.
- Assistenza finanzjarja lill-Greċja (is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea)
- Riżultati ta’ valutazzjoni komprensiva ta’ erba’ banek importanti Griegi (BĊE, Ottubru 2015)
Is-sitwazzjoni ekonomika u fiskali fiż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika u fiskali fiż-żona tal-euro, abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni għall-Ħarifa 2015 u l-fehmiet ippreżentati mill-Bank Ċentrali Ewropew.
L-irkupru ekonomiku inġenerali hu mistenni jkompli, għalkemm b'pass daqsxejn aktar fjakk minn kif mistenni aktar qabel, l-aktar minħabba t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir fiċ-Ċina u ekonomiji tas-suq emerġenti oħrajn. Il-ministri qablu li hu meħtieġ li l-isforzi jiżdiedu sabiex jittrasformaw l-irkupru fi tkabbir ekonomiku sostenibbli permezz ta' strateġija li tinkludi politika fiskali b'saħħitha, riformi strutturali u investiment.
Spanja: Ir-raba' analiżi ta' wara l-programm
Il-Grupp tal-Euro laqa' r-riżultati tar-raba' missjoni ta’ analiżi ta' sorveljanza ta' wara l-programm fi Spanja, mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew f'Ottubru.
Il-missjoni kkonkludiet li l-isforzi kontinwi għall-aġġustament tal-pajjiż kienu qed ikomplu jagħtu riżultati pożittivi, kif muri mill-istabbilizzazzjoni tas-settur finanzjarju, l-irkupru ekonomiku b'saħħtu u primjums baxxi ta’ riskju sovran eċċessiv.
- Dikjarazzjoni għall-istampa wara r-raba' żjara ta’ sorveljanza post-programmatika fi Spanja
- Spanja: sorveljanza post-programmatika
Proposti dwar il-governanza ekonomika: aspetti taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet inizjali rigward il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-governanza ekonomika bħala l-ewwel kontribut għad-dibattitu dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Il-Kummissjoni adottat dawn il-proposti fil-21 ta' Ottubru bħala segwitu għar-rapport tal-Ħames presidenti dwar it-tlestija tal-UEM, ippublikat f'Ġunju 2015.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025