Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 21/06/2018, 21 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro saret f'żewġ formati: laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, u laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

15:00 - Laqgħa tal-Grupp tal-Euro f'format regolari

Il-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-raba' (u l-aħħar) rieżami tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u qabel dwar l-elementi għal appoġġ għal ħruġ b'suċċess tal-Greċja mill-programm f'Awwissu ta' din is-sena.

Huwa adotta dikjarazzjoni li tiddeskrivi l-ftehim, li jinkludi l-qafas ta' sorveljanza li ser japplika wara l-programm, id-daqs tal-porzjon finali ta' appoġġ finanzjarju mill-MES, il-miżuri dwar id-dejn u l-miri fiskali.

Konsultazzjoni skont l-Artikolu IV tal-FMI maż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar il-preżentazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) tal-eżitu tal-konsultazzjoni tiegħu skont l-Artikolu IV maż-żona tal-euro. Il-FMI mistenni jippubblika r-rapport finali tiegħu dalwaqt.

Din is-sena, il-konsultazzjoni ffokat fuq il-politiki fil-livell nazzjonali u dak Ewropew immirati lejn il-protezzjoni tal-ekonomija taż-żona tal-euro minn xokkijiet futuri.

Il-FMI jwettaq konsultazzjonijiet bħal dawn kull sena mal-membri kollha tal-FMI, kemm pajjiżi individwali kif ukoll reġjuni monetarji, fosthom iż-żona tal-euro. Dan isir f’konformità mal-Artikolu IV tal-Artikoli ta’ Ftehim tal-FMI.

Abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju ta' Spanja

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmietu adotta dikjarazzjoni dwar l-abbozz ta' pjan baġitarju aġġornat ta' Spanja għall-2018.

Ċipru: sorveljanza ta' wara l-programm

Il-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE informaw lill-Grupp tal-Euro dwar is-sejbiet prinċipali tar-raba' missjoni ta' sorveljanza ta’ wara l-programm tagħhom f'Ċipru li saret bejn id-19 u t-23 ta' Marzu 2018.

Il-MES ippreżenta s-sejbiet relatati mas-sistema ta’ twissija bikrija; fl-istess ħin, il-FMI wettaq it-tieni missjoni ta' monitoraġġ ta' wara l-programm tiegħu.

L-għan tas-sorveljanza ta’ wara l-programm huwa li jiġi stabbilit kwalunkwe riskju possibbli għall-kapaċità tal-pajjiż li jħallas lura self miksub taħt il-programm ta' aġġustament preċedenti tiegħu. Is-sorveljanza tkompli sakemm jiġi mħallas lura mill-inqas 75 % tas-self.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għat-tieni semestru tal-2018

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta’ ħidma tiegħu għat-tieni nofs ta' din is-sena.

Punti oħra fuq l-aġenda

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Italja, Giovanni Tria, u l-Ministru għall-Ekonomija, l-Industrija u l-Kompetittività ta' Spanja, Nadia Calviño, ippreżentaw il-prijoritajiet ta' politika tal-gvernijiet rispettivi tagħhom. Din hija prattika standard fil-Grupp tal-Euro meta gvernijiet ġodda jibdew il-mandat tagħhom.

18.30 - Laqgħa tas-27 stat membru

Tħejjija tas-Summit taż-Żona tal-Euro ta’ Ġunju: approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)

Il-Grupp tal-Euro ltaqa' f'format inklużiv biex iħejji s-Summit taż-Żona tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2018.

Id-diskussjoni ffokat fuq il-passi ulterjuri għall-unjoni bankarja u r-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Il-ministri ddiskutew ukoll fuq kwistjonijiet fiskali, inkluż proposti dwar kapaċità fiskali possibbli taż-żona tal-euro.

Financial assistance to Greece 2010-2018
Financial assistance to Greece 2010-2018 (Infografika)

Financial assistance to Greece 2010-2018 (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025