- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 24/05/2018, 24 ta' Mejju 2018
Riżultati ewlenin
Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro saret f'żewġ formati - l-ewwel parti kienet laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, u t-tieni parti kienet laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE.
Laqgħa tal-Grupp tal-Euro f'format regolari
Il-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar il-qbil fil-livell tal-persunal konkluż mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Griegi fid-19 ta' Mejju. L-enfasi issa hija fuq l-implimentazzjoni b’suċċess mill-Greċja tar-riformi maqbula, qabel il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro ta’ Ġunju.
Il-Grupp tal-Euro kompla wkoll id-diskussjonijiet tiegħu dwar miżuri possibbli tad-dejn bi tħejjija għad-deċiżjonijiet li huma ppjanati għal-laqgħa tal-Grupp tal-Euro f’Ġunju.
Il-programm ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja issa għaddej mir-raba’ u l-aħħar rieżami tiegħu. Id-data tal-iskadenza formali tal-programm hi l-20 ta' Awwissu 2018.
- Dikjarazzjoni mill-Istituzzjonijiet Ewropej dwar il-qbil fil-livell tal-persunal li ntlaħaq mal-awtoritajiet Griegi (19 ta' Mejju 2018)
- Greċja: it-tielet programm ta’ aġġustament ekonomiku (informazzjoni ġenerali)
- Kronoloġija: it-tielet programm ta’ assistenza finanzjarja għall-Greċja (informazzjoni ġenerali)
Is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro: it-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-tbassir tagħha tar-rebbiegħa 2018, ippubblikat fit-3 ta' Mejju.
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: rieżamijiet tan-nefqa
Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni ta' segwitu dwar ir-rieżamijiet tan-nefqa, din id-darba b'attenzjoni għall-isfida li tiġi żgurata sjieda meta jsiru r-rieżamijiet tan-nefqa. Il-ministru Irlandiż u dak Spanjol qasmu l-esperjenzi tal-pajjiżi tagħhom u t-tagħlimiet meħuda mir-rieżamijiet tan-nefqa tagħhom li tlestew dan l-aħħar.
Il-Grupp tal-Euro kien diġà ddiskuta dan is-suġġett f'Ġunju tas-sena l-oħra, u f'Settembru 2016, meta adotta prinċipji komuni għat-titjib tal-allokazzjoni tan-nefqa.
Ir-rieżamijiet tan-nefqa jgħinu lill-gvernijiet jidentifikaw oqsma fejn jistgħu jiffrankaw aktar u jżidu l-effiċjenza u fejn jista' jinkiseb valur akbar għall-flus li jintefqu.
Laqgħa f'format inklużiv
L-unjoni bankarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES)
Il-ministri għall-finanzi mis-27 stat membru tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tlestija tal-unjoni bankarja u r-rwol futur tal-MES. Ħadu kont tal-progress li sar s’issa u ddiskutew it-triq ’il quddiem bi tħejjija għal-laqgħa li jmiss tal-mexxejja f’Ġunju.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025