Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 11/03/2019, 11 ta' Marzu 2019

Riżultati ewlenin

Format regolari

Greċja - it-tieni rapport ta' sorveljanza msaħħa

Il-Kummissjoni Ewropea għarrfet lill-Grupp tal-Euro dwar is-sejbiet ewlenin tat-tieni missjoni ta' sorveljanza msaħħa fil-Greċja.

Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-11 ta' Lulju biex tattiva l-qafas ta' sorveljanza msaħħa għall-Greċja, li daħal fis-seħħ wara li f'Awwissu 2018 intemm il-programm tal-MES.

Ir-rapporti ta' sorveljanza msaħħa trimestrali jippermettu monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u tal-impenji ta' politika ta' wara l-programm, kif maqbul mill-Grupp tal-Euro ta' Ġunju 2018.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-Grupp tal-Euro llum iddiskuta l-progress tajjeb ħafna li l-Greċja għamlet fir-riformi. Jekk jintlaħqu l-impenji kollha, f'April ser nikkunsidraw li nkomplu bl-implimentazzjoni tal-miżuri maqbula ta' serħan mid-dejn.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi - swieq tad-djar

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-swieq tad-djar fiż-żona tal-euro abbażi ta' nota teknika mill-Kummissjoni u preżentazzjoni bil-fomm mill-Professur Lars E.O. Svensson, Professur tal-Ekonomija fl-Stockholm School of Economics u eks-Viċi Gvernatur ta' Sveriges Riksbank.

L-iżviluppi fis-swieq tad-djar huma ta' rilevanza prinċipali għall-istabbiltà makroekonomika, u għaldaqstant għar-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).

Abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Latvja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Latvja għall-2019 u ħareġ dikjarazzjoni.

Format inklużiv

Strument baġitarju - enfasi fuq in-naħa tan-nefqa

Wara l-mandat li rċevew il-mexxejja tal-UE fis-Summit taż-Żona tal-Euro tal-14 ta' Diċembru, il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv kompla jiddiskuti l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-karatteristiċi tal-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro u l-istati membri tal-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rati tal-Kambju (ERM II) fuq bażi volontarja, b'enfasi fuq aspetti relatati man-nefqa.

Hemm qbil mifrux li din l-għodda għandha tappoġġa kemm ir-riformi strutturali kif ukoll l-investiment pubbliku. Dan, f'konformità mal-prijoritajiet u l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Filmat li jiġbor fil-qosor il-laqgħa ta' Marzu tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025