Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 05/04/2019, 5 ta' April 2019

Riżultati ewlenin

Format regolari

Greċja

L-istituzzjonijiet infurmaw lill-Grupp tal-Euro bil-progress li sar mill-awtoritajiet Griegi fl-implimentazzjoni tal-impenji ta' riforma speċifikati fid-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju 2018, inkluż l-anness tagħha, li kienu pendenti meta saret il-laqgħa preċedenti tal-Grupp tal-Euro.

Il-Grupp tal-Euro laqa' l-adozzjoni ta' baġit għall-2019 li huwa previst li jiżgura li tintlaħaq il-mira primarja ta' surplus ta' 3.5% tal-PDG, u t-tlestija ta' riformi strutturali importanti inkluż tranżazzjonijiet ta' privatizzazzjoni ewlenin.

Il-ministri laqgħu wkoll il-valutazzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej li l-Greċja ħadet l-azzjonijiet neċessarji biex tonora l-impenji ta' riforma speċifiċi kollha għal tmiem l-2018 u li jinsabu fis-seħħ il-kondizzjonijiet neċessarji biex jiġi konfermat ir-rilaxx tal-ewwel segment ta' miżuri ta' dejn kontinġenti għall-politika, soġġett għat-tlestija ta' proċeduri nazzjonali.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-Greċja onorat l-impenji ta' riforma tagħha. Soġġett għal proċeduri nazzjonali u deċiżjonijiet tal-bord tal-EFSF, il-Greċja ser tirċievi għotja ta' €970 miljun.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Unjoni bankarja: aspetti taż-żona tal-euro

Il-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew Andrea Enria ppreżenta l-attivitajiet reċenti tal-Bord Superviżorju, li jkopru s-self improduttiv (NPL), it-tħejjija għall-Brexit, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML), u l-isfidi superviżorji għall-2019.

Il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, Elke König, tat informazzjoni dwar l-attivitajiet kontinwi tal-SRB.

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali

Il-ministri ħadu kont tal-iżviluppi fl-inflazzjoni u r-rata tal-kambju matul l-aħħar xhur bil-ħsieb tal-laqgħat tar-rebbiegħa tal-FMI li ġejjin. Il-Grupp tal-Euro jiddiskuti l-iżviluppi tar-rata tal-kambju f'intervalli regolari, b'mod partikolari qabel laqgħat internazzjonali.


Abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju – Lussemburgu

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Lussemburgu għall-2019, abbażi tal-Opinjoni tal-Kummissjoni maħruġa fit-22 ta' Marzu 2019, u ħareġ dikjarazzjoni.

Skambju ta' fehmiet mal-President tal-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew

F'sessjoni ddedikata, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar il-perspettiva ekonomika u l-isfidi taż-żona tal-euro mal-President tal-Kumitat ECON (Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji) tal-Parlament Ewropew, Roberto Gualtieri.

L-għan huwa li jissaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-PE u l-Grupp tal-Euro. Din hija inizjattiva li tikkumplimenta s-seduti ta' smigħ regolari tal-President tal-Grupp tal-Euro fil-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari fil-Kumitat ECON, għal 'djalogu ekonomiku' dwar il-prijoritajiet ta' ħidma u ta' politika tal-Grupp tal-Euro.

Format inklużiv

Elementi tal-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività

Wara l-mandat li rċieva mingħand il-mexxejja tal-UE fis-Summit taż-Żona tal-Euro ta' Diċembru, il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv kompla jiddiskuti l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-elementi tal-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro, u l-istati membri tal-Mekkaniżmu tar-Rati tal-Kambju (ERM II) fuq bażi volontarja, b'enfasi fuq aspetti dwar il-governanza.

Il-Grupp tal-Euro għandu l-għan li jaqbel mal-elementi tal-istrument baġitarju taż-żona tal-euro u jirrapporta lill-mexxejja tal-UE f'Ġunju.

Il-governanza tal-istrument baġitarju taż-żona tal-euro hija kritika. Tittratta kif ser immexxu din l-għodda, hija kwistjoni politika li tinkludi wkoll dimensjoni teknika u legali. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Pjan direzzjonali għall-bidu ta' diskussjonijiet politiċi dwar l-EDIS - Rapportar interim mill-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli

Il-President tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-EDIS aġġorna lill-ministri dwar il-progress fid-diskussjonijiet dwar pjan direzzjonali għall-bidu ta' negozjati politiċi dwar skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) u dwar il-ħidma ulterjuri ppjanata sa Ġunju.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025