- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 03/12/2018, 3 ta' Diċembru 2018
Riżultati ewlenin
Il-Grupp tal-Euro ltaqa’ għall-ewwel darba f’format regolari u wara ngħaqad għal laqgħa tal-Grupp tal-Euro f’format inklużiv.
Format regolari
Valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tal-istati membri
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali u l-prospetti fiż-żona tal-euro u wettaq analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali tal-istati membri kkonċernati.
Din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjanijiet baġitarji (DBPs) tad-19-il stat membru taż-żona tal-euro u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tad-DBPs.
L-eżitu ta’ din id-diskussjoni kien rifless fid-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.
Din hija s-6 darba li qed isir dan l-eżerċizzju u hija l-ewwel darba li l-ebda pajjiż din is-sena m'huwa mistenni jirreġistra defiċit eċċessiv, jiġifieri aktar minn 3 % tal-PDG. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar l-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji għall-2019
- Abbozz ta’ pjanijiet baġitarji għall-2019 (sit web tal-Kummissjoni Ewropea)
Is-sorveljanza ta’ wara l-programm tal-istati membri
Il-Greċja
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-ministri l-ewwel rapport ta’ sorveljanza msaħħaħ għall-Greċja.
Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-11 ta' Lulju biex tattiva l-qafas ta’ sorveljanza msaħħaħ għall-Greċja, li daħal fis-seħħ wara li f'Awwissu 2018 intemm il-programm tal-MES.
Ir-rapporti ta’ sorveljanza msaħħa trimestrali jippermetti monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u l-impenji ta’ politika ta' wara l-programm, kif maqbula mill-Grupp tal-Euro ta’ Ġunju 2018.
Ċipru
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-BĊE dwar is-sejbiet ewlenin tal-ħames missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm ta' Ċipru li saret bejn l-24 u t-28 ta' Settembru. Il-MES informa wkoll lill-Grupp tal-Euro dwar is-sistema ta’ twissija bikrija tiegħu. Il-FMI wettaq missjoni b'mod parallel skont l-Artikolu IV.
Spanja
Il-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE ppreżentaw is-sejbiet ewlenin tal-għaxar missjoni ta’ sorveljanza ta' wara l-programm fi Spanja li saret fl-4 u l-5 ta' Ottubru. Il-MES informa wkoll lill-Grupp tal-Euro dwar is-sistema ta’ twissija bikrija tiegħu.
Is-sorveljanza ta’ wara l-programm (PPS) tibda awtomatikament wara t-tmiem tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja u tkompli sakemm tkun tħallset lura mill-inqas 75 % tal-assistenza finanzjarja. Il-PPS huwa biennali f’termini ta’ rappurtar u missjonijiet.
- Id-dikjarazzjoni tal-persunal wara l-għaxar missjoni ta’ wara l-programm fi Spanja (Kummissjoni Ewropea)
- Assistenza finanzjarja lill-istati membri taż-żona tal-euro
Missjoni interim tal-FMI fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV
Il-FMI ppreżenta s-sejbiet ewlenin tal-missjoni interim tiegħu fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV.
Il-FMI jwettaq konsultazzjoni annwali dwar il-politiki taż-żona tal-euro b'missjoni interim li normalment issir lejn l-aħħar tas-sena u b'missjoni finali tard fir-rebbiegħa. Hija l-prassi li s-sejbiet jiġu diskussi mal-Grupp tal-Euro.
Abbozz ta' programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għall-ewwel semestru tal-2019
Il-Grupp tal-Euro adotta wkoll il-programm ta’ ħidma tiegħu għall-ewwel nofs tal-2019.
Format inklużiv
Approfondiment tal-UEM - Tħejjija tas-Summit taż-Żona tal-Euro ta’ Diċembru
Il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv ħejja s-Summit taż-Żona tal-Euro li ser isir fl-14 ta' Diċembru. Is-Summit taż-Żona tal-Euro huwa mistenni li jieħu deċiżjonijiet u jipprovdi gwida konkreta dwar it-triq 'il quddiem f'dak li jikkonċerna l-approfondiment tal-UEM.
Il-ministri qablu dwar rapport lill-mexxejja dwar l-approfondiment tal-UEM, inkluż abbozz ta’ termini ta’ referenza tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-SRF, skeda informattiva dwar ir-riforma tal-MES u t-triq 'il quddiem dwar l-unjoni bankarja u strumenti possibbli għall-kompetittività, il-konverġenza u l-istabbilizzazzjoni.
Wara bosta xhur ta’ negozjati intensi u laqgħa diffiċli ħafna u twila, ippreżentajna pjan komprensiv għat-tisħiħ tal-euro. Pjan li hemm qbil dwaru bejnietna lkoll. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025