"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 21/01/2019, 21 ta' Jannar 2019

Punti ewlenin tal-konferenza stampa tal-Grupp tal-Euro

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro l-ewwel ltaqa’ f’format regolari u wara ngħaqad għal laqgħa tal-Grupp tal-Euro f’format inklużiv.

Format regolari

Semestru Ewropew: Rakkomandazzjonijiet għall-2019 għaż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2019, maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-mekkaniżmu għall-koordinazzjoni tal-politika tal-UE.

L-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet ser jiġi approvat mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-22 ta' Jannar. Ir-rakkomandazzjonijiet ser jiġu adottati formalment mill-Kunsill wara l-approvazzjoni fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu.

Ir-rwol internazzjonali tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-rwol internazzjonali tal-euro abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn rwol internazzjonali aktar b’saħħtu tal-euro" ta' Diċembru 2018.

Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ddeskriviet l-opportunità li l-euro tiżviluppa aktar ir-rwol globali tagħha u tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha, b'mod li jirrifletti s-saħħa politika, ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro.

Din id-diskussjoni qanqlet skambju interessanti billi hija punt importanti għal raġunijiet ekonomiċi u politiċi. Fis-summit tal-Euro, il-mexxejja talbuna naħdmu aktar fuq dan, u għalhekk aħna ser inkunu qegħdin immexxu d-diskussjonijiet ’il quddiem fil-ftit xhur li ġejjin. Mário Centeno, il-President tal-Grupp tal-Euro

Ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-Grupp tal-Euro nieda sejħa għal kandidati għal membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jieħu post Peter Praet li l-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta’ Mejju.

Format inklużiv

Approfondiment tal-UEM – Segwitu għas-Summit tal-Euro ta’ Diċembru

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar is-segwitu għas-Summit tal-Euro ta’ Diċembru fejn ġie maqbul li l-ministri għall-finanzi għandhom ikomplu l-ħidma li twassal għal tisħiħ sinifikanti tal-UEM abbażi tal-pakkett komprensiv approvat mill-mexxejja tal-UE.

Il-ministri ddiskutew ukoll kif għandha tiġi organizzata l-ħidma futura. Dan jinkludi skambju ta’ fehmiet dwar il-passi li jmiss fir-rigward tal-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) u l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro u l-istati membri tal-ERM II fuq bażi volontarja.

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025