"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Grupp tal-Euro l-ewwel ltaqa' f'format regolari u wara ngħaqad għal laqgħa tal-Grupp tal-Euro f'format inklużiv.
Format regolari
Sorveljanza ta' wara l-programm: Irlanda u Portugall
Il-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE informaw lill-ministri dwar is-sejbiet prinċipali tal-10 missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programmfl-Irlanda mwettqa bejn it-13 u s-16 ta' Novembru 2018 u dwar id-disa' missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm fil-Portugall imwettqa bejn is-26 u t-30 ta' Novembru 2018.
Is-sorveljanza ta' wara l-programm tibda awtomatikament wara t-tmiem tal-programmi ta' assistenza finanzjarja u tkompli sakemm ikun tħallas lura mill-inqas 75 % tas-self. Is-sorveljanza ta' wara l-programm hija biennali f'termini ta' rappurtar u missjonijiet.
Il-Grupp tal-Euro jappoġġa lin-nomina ta' Philip Lane biex jingħaqad mal-bord eżekuttiv tal-BĊE
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta n-nomina għall-pożizzjoni vakanti li jmiss fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u appoġġa l-kandidatura ta' Philip Lane, il-gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda, biex jieħu post Peter Praet, li l-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta' Mejju.
"Il-Grupp tal-Euro qabel unanimament li japprova lil Philip Lane. Kif ġie nnutat minn diversi ministri llum, Philip huwa verament għażla eċċellenti għal din il-pożizzjoni."
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Approfondiment tal-UEM - it-triq 'il quddiem dwar l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività
Wara l-mandat mogħti mill-mexxejja tal-UE waqt is-Summit taż-Żona tal-Euro tal-14 ta' Diċembru, il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv kompla jiddiskuti l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-ministri kellhom l-ewwel skambju ta' fehmiet dwar it-triq 'il quddiem rigward l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro u l-istati membri u l-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rati tal-Kambju ERM II fuq bażi volontarja.
"Intom kollha tiftakru li dan kien suġġett kontroversjali f'Diċembru, iżda issa ninsabu f'fażi ġdida. L-istrument ġie maqbul mill-mexxejja u issa rridu nispeċifikaw id-dettalji. L-attitudni madwar il-mejda hija kostruttiva u ninsab ċert li ser naslu għal qbil fil-ħin għal Ġunju."
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.